eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 10/2005
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
14/06/2006
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
JACCARINI ANTHONY PROF vs IL-PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
JACCARINI ANTHONY PROF vs IL-PRIM MINISTRU ET - 10/2005 - CIVILI PRIM AWLA (SEDE KOSTITUZZJONALI), MALTA
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
IL KUMMISSJONI PERMANENTI TAL KORRUZZJONI
Fil-Qosor
Il-Kummissjoni Permanenti tal-Korruzzjoni ma tiddetermina ebda dritt jew obbligu fil-konfront tac-cittadin izda tinvestiga biss jekk id-decizjoni amministrattiva, independentement minn dan id-dritt jew obbligu, jekk jesisti, kinitx influwenza minn xi pregudizzju li jkun allura li tigi kreata diskriminazzjoni jew eskluzjoni li jwassal ghal ingustizzja. Ghalhekk il-Kummissjoni mhux organu gudizzarjuli jiddetermina drittijiet u obbligi u d-decizjoni tal-Kummissjoni ma tikkreax drittjiet fil-persuna li tkun gabet l-ilment taghha; konsegwentement ir-rekwisiti kostituzzjoniali u tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar smigh xieraq ma japplikawx ghall proceduri quddiemha u ghad-decizjoni taghha.
Il-Qorti, wara li ezaminat il-ligi in kwistjoni (Kapitolu 326) taqbel mas-sottomissjonijiet tal-Kummissjoni li lanqas hi ma hija tribunal li tohloq xi drittijiet jew obbligi fit-terminu tal-Kostituzzjoniu l-konvenzjoni. Il-Kummissjoni tinvestiga l-ilment u mbaghad obligata tissottometti r-rapport taghha lill-Ministru tal-Gustizzja. Ma taghti ebda decizjoni u lanqas jekk tirrakkomanda xi azzjoni ulterjuri, din issir quddiem il-Qorti kompetenti u li mbaghad tiddeciedi dwar il-kolpevolezza o meno tal-indagat.
Kif sewwa rrimarkat il-Kummissjoni fin-nota taghha r-rikorrent ma kienx parti fil-proceduri quddiemha ghaliex strettament ma hemmx partijiet quddiemha - kien il-persuna li ressaq l-ilment u naturalment xhud principali. Ma setax pero' jigi moghti xi drittijiet civili li solitament wiehed jakkwista minn Qorti jew tribunal. Il-Kummissjoni, l-istess bhall-Kummissjoni ghall-investigazzjoni tal-ingustizzji kreata bl-Att XV tal-1987 ma hix Qorti ghall-ghanijet tal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja ghad-drittjiet tal-bniedem u d-dritt garantit b'dawk l-artikoli ma japplikax ghall-procedimenti quddiem il-Kummissjoni..
Kif gie ritenut fis-sentenza tal-Qorti Ingliza fil-kawza Bushell vs Secretary of State for the Environment (1981) citata fil-manwal European Human Rights Law (pagna 390);
A trial ends with a decision in favour of one party. An inquiry does not. There is no lis' between a minister and his department on the one hand and the objectors on the other. The Minister then has to decide and in reaching the decision he may have regard to the policy considerations not discussed at the inquiry.
Stabbilit dan il-Qorti ma thossx li ghandha ghalfejn tinvestiga jekk ghandhiex tiddeklina li tisma' l-kaz, a skans tal-possibilita' li l-kawza titwal ghal xejn.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.