Reference: 734/2000/1

Judgement Details


Date
10/09/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
AGRIMALT LIMITED ET vs AWTORITA' TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TA` DISKRIMINAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIMITAZZJONIJIET TAL-UZU TA` PROPRJETA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RIKORS KOSTITUZZJONALI MA JISTAX ISERVI BHALA FORMA TA` APPELL MID-DECIZZJONI TAL-BORD TA` L-APPELL DWAR L-IPPJANAR
Summary
L-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropeja jipprovdi li:

Kull persuna naturali jew persuna morali ghandha dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Hadd ma ghandu jigi ipprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla hsara tal-kundizzjonijiet provduti bil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali.

Izda d-disposizzjonijiet ta' qabel ma ghandhom b'ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta` skond l-interess generali jew biex jizgura l-hlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni".

L-Istat ghandu dritt li jikkontrolla l-uzu tal-proprjeta` privata fl-interess generali. Tali kontroll jista' jsir b'diversi modi, fosthom billi jkun hemm ligi jew ligijiet li jirregolaw l-izvilupp ta' l-art, dak li jista' u li ma jistax jinbena fuq l-art, x'regoli ghandhom jigu osservati fil-kostruzzjoni ta' bini u strutturi ohra, u affarijiet simili. Fil-fatt l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp (Kap. 356) huwa ntiz proprju biex jirregola dawn l-affarijiet, dejjem fl-interess generali. Il-kontroll ta' l-uzu ta' proprjeta` fl-interess generalihu espressament provvdut fit-"tielet" regola tal-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll aktar 'l fuq imsemmi.

Dan l-Artikolu jipprotegi sostanzjalment id-dritt ghall-proprjeta` u jikkontjeni tliet regoli distinti. L-Ewwel regola li hija kontenuta fl-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu u hija ta` natura generali ssostni l-principju tat-tgawdija pacifika tal-proprjeta`. It-tieni regola, fit-tieni sentenza tal-istess paragrafu, titratta dwar id-deprivazzjoni minn certi proprjetajiet u tissoggettaha ghal certi kondizzjonijiet. It-tielet regola, kontenuta fit-tieni paragrafu tirrikonoxxi dritt ta`l-istat li jikkontrolla l-uzu ta` proprjeta` skond l-interess generali billi jwettaq kwalsijasi ligijiet li jistghu jitqiesu ghal dan il-ghan. Madanakollu dawn ir-regoli m'humiex distinti fis-sens lim'huma bl-ebda mod marbutin ma` xulxin. It-tieni u t-tielet regola jitrattaw dwar kazi partikolarita` interferenza mad-dritt tat-tgawdija pacifika tal-proprjeta`. Iridu ghalhekk jigu interpretati fid-dawl tal-principju kontenut fl-ewwel regola.

Mhux il-kompitu tal-Qorti ta` gurisdizzjoni kostituzzjonali li tara u tiddeciedi jekk id-decizzjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar li jinhareg l-avviz u/jew id-decizzjoni tal-Bord humiex teknikament korretti, ghax altrimenti rikors kostituzzjonali jigi jservi bhala forma ta' appell mid-decizzjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar. Dak li din il-Qorti, fil-gurisdizzjoni kostituzzjonali taghha, trid tara hu jekk mill-kumpless tal-provi jirrizultax li fil-kaz konkret inzamm rapport ragjonevoli ta` proporzjonalita bejn il-mezzi adottati sabiex jigi kontrollat l-uzu tal-proprjeta` u l-iskop prefiss fl-interess generali. L-awtoritajiet igawdu minn mizura wiesgha ta` apprezzament fid-determinazzjoni ta` dan il-"fair balance".

L-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropeja jipprovdi li:

It-tgawdija tad-drittijiet u libertajiet kontemplati f'din il-Konvenzjoni ghandha tigi assigurata minghajr diskriminazzjoni ghal kull raguni bhalma huma s-sess, razza, kulur, lingwa, religjon, opinjoni politika jew opinjoni ohra, origini nazzjonali jew socjali, assocjazzjoni ma' minoranza nazzjonali, proprjeta`, twelid jew status iehor.

Filwaqt li l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll ghandu ezistenza indipendenti, mhux l-istess jista' jinghad ghal dak li jirrigwarda l-Artikolu 14. L-Artikolu 14 erbatax jikkomplementa l-provvedimenti sostantivi tal-Konvenzjoni u l-Protokolli. M`ghandux ezistenza indipendenti peress illi ghandu biss effett fir-rigward tat-tgawdija tad-drittijiet u l-libertajiet mharsa b`dawk l-artikoli. Ghalkemm l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 mhux necessarjament tippresuponi ksur ta` dawk l-artikoli - u f`dan is-sens huwa awtonomu - ma jista` jkun hemm ebda lok ghall-applikazzjoni tieghu sakemm il-fatti tal-kazma jaqghux fl-ambitu ta` wiehed jew aktar mill-artikoli l-ohra tal-Konvenzjoni.

Ikun hemm vjolazzjoni tal-Artikolu 14 meta, minghajr gustifikazzjoni oggettiva u ragjonevoli, persuni f`cirkostanzi relevantement simili jigu trattati b`mod differenti. Sabiex talba ghall-vjolazzjoni ta` dan l-artikolu tirnexxi, irid jigi provat, fost affarjiet ohra, illi s-sitwazzjoni ta` min ikun allegatamentsofra l-vjolazzjoni tista` tiqies li hija simili ghal dik ta` persuni li jkunu gew trattati ahjar.

Hemm vjolazzjoni tal-principju ta` ugwaljanza u non-diskriminazzjoni jekk ikun hemm (a) trattament differenti ta` (b) kazijiet ugwali, (c) fin-nuqqas ta` gustifikazzjoni ragjonevoli u oggettiva,jew jekk (d) il-proporzjonalita` bejn l-iskop imfittex u l-mezz impjegat hija mankanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment