Referenza: 2538/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/05/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SPITERI STANLEY vs MERCIECA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA
Fil-Qosor
Id-driver li jkun diehel minn side road ghal go main road ghandu certi doveri x' josserva, fosthom dak li jcedi ghat-traffiku fuq il-main road, li jesplora tajjeb il-main road, qabel ma johrog fiha, udak li jmexxi dead slow, u sahansitra jieqaf biex jaccerta ruhu li jista' johrog bla hsara. Huwa ghandu juza grad ta' diligenza l-izjed gholja u vigilanza l-izjed qawwija billi ghandu d-dmir li jcedi lit-traffiku li jkun fit-triq principali, ghax il-manuvra li jkun sejjer jaghmel biex jittraversadik it-triq hi kalkolata li tiddisturba l-kors ordinarju tat-traffiku li jkun ghaddej minnha.

Huwa veru wkoll illi kif abbondantement stabbilit il-main road user ma ghandux garanzija ta' innocenza assoluta u lanqas ma ghandu xi presunzjoni favur tieghu li l-iehor ma jgawdix ukoll. Hija bissir-regola li hija ta' massima importanza li s-side road user ghandu jieqaf u jcedilu d-dritta sakemmjipprova jidhol fil-main flow of traffic u ghalhekk ghandu jadopera prekawzjonijiet mehtiega, immal-grad ta' diligenza ta' kull driver preskritt mil-ligi huwa dak ta' diligenza ordinarja tar-reasonable standard of care. Jinghad a propozitu illi "l-main road user m' ghandux, unikament ghax u bhalatali, xi brevett ta' immunita` minn kwalunkwe responsabilita` f' kull infortunju stradali li fih ikun koinvolt side road user".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment