Referenza: 21/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ST. GEORGE'S PARK COMPANY LIMITED vs PERALTA DR. HUGH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, DRITT TA` AVUKAT LI JIRRINUNZJA GHALL-PATROCINJU TA` PARTI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - RIZOLUZZJONI TA` CENS JEW LOKAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - VALUR INDETERMINAT
Fil-Qosor
Avukat li ma jibqax jippatrocinja klijent f'kawza ghandu dritt ghal-hlas tieghu immedjatament, u mhux obbligat joqghod jistenna li l-kawza tigi determinata, specjalment meta tqies li darba li Avukat johrog minn kawza ma jkollux aktar kontroll fuq l-andament tal-kawza. Biex jista' jigi stabbilit x'inhu d-"dritt normali" mhux mehtieg li wiehed joqghod jistenna l-ezitu finali ta' kawza biex dan jigideterminat, u dan jista jigi kkalkulat fi kwalunkwe stadju tal-kawza, specjalment wara li l-provi f'kawza jkunu maghluqa. Il-valur in kontestazzjoni ghandu johrog mill-massa litugjuza; b'hekk ghandujigi studjat u ezaminat x'inhu l-oggett tat-talba u t-tassazzjoni issir "ad valorem" u mhux bhala semplici artikolu jew dikjarazzjoni. Fil-fatt, l-Onorabbli Qorti tal-Appell osservat li ma hemm xejnhazin u irregolari li taxxa tigi bazata fuq il-quantum tad-danni pretizi mill-attur f'mandat ta' sekwestru. It-talba mhijiex dika biss li tinkiteb fic-citazzjoni: s-somma ta' flus li ntalbet tista' tidher miktuba f'kull kitba mressqa quddiem il-Qorti waqt is-smigh tal-kawza. Kwindi, r-Registratur,qabel ma johrog taxxa, m'ghandux ghalfejn jistenna s-sentenza biex johrog id-"dritt normali", ghaxdan jiddependi mill-massa litigjuza, u darba dan ikun jirrizulta, jista' jipprocedi li johrog id-"dritt normali" tal-kawza, u wara jikkalkula dak dovut lill-Avukat li jkun telaq lill-klijent fil-korstal-kawza.

Id-"dritt normali" huwa bazat fuq dak li jirrizulta mill-process, u jekk ghandu fuqhiex jista' jibbaza t-taxxa (anke xhieda tal-attur li jiddikjara li jippretendi danni aktar minn dawk indikati) hu ghandu jipprocedi li johrog taxxa meta jigi mitlub li jaghmel dan ghal-skop legittimi, bhal ma hu l-kaz ta' Avukat li jitlaq lill-klijent jew jigi abbandunat minnu. "Dritt normali" jfisser dritt mahdum skond il-ligi u mhux dritt intaxxat fl-ahhar tal-gudizzju. Kwindi, mhux korrettli jinghad li r-registratur ma jistax johrog taxxa ghal-Avukat li jitlaq klijent qabel ma tinghata sentenza fil-kawza; hu jista' jaghmel dan meta, wara ezami tal-process u tal-kontestazzjoni, jara lighandu indikazzjoni cara tal-valur li jkun in issue li fuqha huwa jista' jibbazza l-kalkoli tieghu.

Il-paragrafu 14 tat-Tariffa E iqies valur indeterminat, meta l-valur ma jkunx determinat fit-talba jew "determinabbli skond il-ligi jew mill-process". Kwindi, meta l-valur huwa determinabbli mill-process, ma jistax jinghad li l-valur in kontestazzjoni huwa wiehed indeterminat. F'materja ta'tassazzjoni tad-drittijiet gudizzjali, l-principju enuncjat in linja ta' massima, illi t-tassazzjoni tad-drittijiet gudizzjali tigi regolata mid-domanda, jew mis-sentenza meta fid-domanda s-somma mahiex determinata, ma hux inflessibili, imma ghandu jigi ragjonevolment kwalifikat, kif gie mill-gurisprudenza kwalifikat, bil-principju l-iehor illi meta minn dak li jissejjah 'il complesso del tema contenzioso', ossija 'massa litigiosa', ikun jidher x'inhu l-valur tal-pretensjoni tal-attur, allurat-tassazzjoni ssir fuq dak il-valur, avvolja d-domanda tkun ghal somma li ghandha tigi likwidata.

L-artikolu 750 tal-Kap 12 jghid li:

"Il-valur tal-jedd temporanju ghac-cens, renti, jewhlasijiet ohra ta' kull sena, jigi determinat mill-ammont totali tar-renta netta ghaz-zmien li jkunfadal, billi r-renta ta' kull sena tigi kkalkulata meta ma tistax tigi determinata xort'ohra, fuq tas-sena ta' qabel".

L-artikolu 756(1) tal-istess Kap. 12, jghid, imbaghad, li f'kaz ta' kawzighal-zgumbrament ta' kerrej minhabba li jkun lura fil-hlas tal-kera, "jew ghal-raguni legittima ohra" (kif inhu dan il-kaz: zgumbrament minhabba ksur tal-kuntratt lokatizju), il-valur jinhadem billi jinghad il-kera ghaz-zmien kollu li jkun fadal biex jispicca l-kuntratt (skond l-artikolu 755(b) tal-istess Kap. 12).

Il-Qorti m'ghandhiex tikkunsidra jekk hemmx jew le xi anomalia fil-ligi, specjalment meta dan jitqabbel mal-mod ta' kif tinhadem taxxa meta l-kawza tkun tittratta kuntratti ta'enfitewsi. Jista' jkun li meta l-Legislatur irregola kif tinhadem taxxa f'kaz ta' rizoluzzjoni ta'kuntratt ta' kera, ma kienx qed jahseb li l-kirjiet, specjalment dawk kummercjali, kienu se jkun ta' ammont gholi, pero', il-ligi hi cara, u meta jkun hekk, m'hemmx lok ghal interpretazzjoni ohra ghajr dik li tigi segwita dik literali.

Irid jinghad ukoll illi "ghad li hu veru in generali lil-applikazzjoni tal-ligi specjali dwar it-taxxa ma tistax tigi insulata mil-ligi civili ordinarja, huwa ugwalment veru li meta d-disposizzjoni tal-ligi specjali hi cara, jew insomma l-Qorti tkun tal-fehma li dik id-disposizzjoni ghandha jkollha certa interpretazzjoni, l-Qorti ma tistax tiddeklina milli tapplikaha ghalkemm jista' jkun jidher li hemm jew li jista' jkun hemm konflitt ma' l-ordinamenttaht il-ligi generali".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment