Referenza: 1627/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/04/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MAGRI ANTHONY ET vs BUSUTTIL CARMEN
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, KUMPENS GHAL MILJORAMENTI - LOKAZZJONI, MILJORAMENTI BIL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, MILJORAMENTI MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, MILJORAMENTI TA` NATURA ZGHIRA U INSINIFIKANTI - LOKAZZJONI, TNEHHIJA TA` MILJORAMENTI
Fil-Qosor
Il-kerrej, ma tul il-kiri, ma jista' jaghmel ebda tibdil fil-haga minghajr il-kunsens ta' sid il-kera. Il-kerrej m'ghandhux jedd jitlob il-hlas lura tal-valur, ikun kemm ikun, tal-miljoramenti maghmula minghajr dak il-kunsens.

Bhala regola ghalhekk ma hemmx dubbju li miljoramenti ma jistghuxjsiru fi fond mikri minghajr il-kunsens tas-sid. B'dana kollu jidher li l-ligi stess tikkontempla l-possibilita' li tali xogholijiet isiru u tippenalizza lill-inkwilin billi ttelfu d-dritt ta' kumpensf'dik l-eventwalita'. Izda il-kerrej ghandu jedd jiehu lura dawk il-miljoramenti, billi jerga jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma saru.

Minn dan wiehed jirraviza il-bazi tal-hsieb tal-gurisprudenza nostrana fir-rigward ta' l-entita' tax-xogholijiet li huma permessi lill-inkwilin anke minghajr il-kunsens tas-sid. Il-ligi jidher li trid li x-xogholijiet mhux permessi jkunu tali li jew jirrendu l-fond perikoluz, jew jippregudikaw lis-sid billi jbiddlu n-natura tal-fond mikri jew jirrenduh mhux aktar tajjeb ghall-iskop li ghalih kien mikri. L-interess ewlieni protett bl-artikolu fuq citat huwa dak li s-sid jibqa' impregudikat u mhux li ma jsirux xi xogholijiet ohra, ta' natura zghira u insinifikanti, li bl-ebda mod ma jistghu jikkawzawlu pregudizzju. Izjed u izjed meta tali xogholijiet jkunu jammontaw ghal benefikati u dawn saru a spejjes personali tal-kerrej.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment