Reference: Volume 44D (1960), Part No. 2, Section , Page 659

Judgement Details


Date
19/10/1960
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
CARMELO SIVE CHARLES BRAY ET. vs STELLA BRAY ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CONSILIUM FRAUDIS" - "EVENTUS DAMNI" - ART. 1187 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI PAWLJANA - BEJGH - DONAZZJONI - SIMULAZZJONI
Summary
Meta l-kontraenti jaghmlu kuntratt simulat biex jghattu kuntratt iehor li realment riedu jaghmlu, ikun il-kaz li wiehed jara liema operazzjoni riedu tassew jaghmlu, jekk il-kuntratt simulat hu dak liriedu jaghmlu biex bih jghattu l-kuntratt veru; imma jekk il-kuntratt simulatorju li sar huma ma rieduhx, allura dak il-kuntratt huwa annullabbli, ghaliex ma hemmx il-kunsens tal-partijiet ghall-perfezzjonament tieghu, avvolja l-fehma taghhom kienet li jaghmlu kuntratt simulat. Kwindi, jekk il-partijiet riedu jaghmlu kuntratt ta' bejgh biex bih jghattu kuntratt ta' donazzjoni, dak il-kuntratt ghandu jibqa' jsehh bhala donazzjoni. Is-simulazzjoni hija forma ta' frode, u hekk taqa' that is-sanzjoni tal-azzjoni pawljana, li l-elementi fondamentali taghha huma il-"consilium fraudis" u l-"eventusdamni". Kwantu ghall-"consilium fraudis", meta si tratta ta' att gratwitu bhal ma hi donazzjoni, hu bizzejjed li jigi pruvat biss relattivament ghad-debitur; u huwa pacifikament ritenut fid-dottrinau fil-gurisprudenza illi l-istess jikkonsisti fix-xjenza li bl-att qeghdha tigi determinata l-insolvenza tad-debitur jew imnaqqsa s-solvibbilita' tieghu; u bizzejjed jigi pruvat li kien hemm fid-debitur ix-xjenza u l-previzjoni li l-att sejjer ikun leziv ghall-kreditur, minghajr ma hi rikjesta l-intenzjoni li l-kreditur jigi defrawdat. Imma din il-prova tinkombi lil min jimpunja l-att. Jekk jigi pruvat li d-debitur ried jibbenefika lill-parti l-ohra, imma ma jigix pruvat li hu ried jiffroda lill-kreditur, dan l-element ma jirrikorrix. Kwantu ghall-"eventus damni", hu wkoll pacifiku li danjikkonsisti fil-pregudizzju li jsofri l-kreditur minhabba l-insolvenza tad-debitur, cjoe' li l-att tad-debitur ikun ikkaguna pregudizzju lill-kreditur li jimpunja l-att, billi gieb jew zied l-insolvibbilta' tad-debitur. Jekk id-debitur ma jippruvax li l-att attakkat irrenda lid-debitur insolventi,jew li d-debitur kien insolventi u l-att awmenta dik l-insolvenza, lanqas dan l-element ma jirrikorri.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment