Reference: Volume 34A (1950), Part No. 1, Section , Page 242

Judgement Details


Date
30/10/1950
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
NUTAR ALBERT E. MICALLEF ET. vs MARIETTA TONNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 720 U 1051 TAL-KODICI CIVILI - INTERPRETAZZJONI - LEGAT - TAXXA TAS-SUCCESSJONI - TESTMENT
Summary
Il-ligi ma tiffissax formoli ta' kliem sabiex bniedem jesprimi l-ahhar volonta' tieghu, imma tirregola biss il-formola li biha ghandhom jsiru t-testmenti. Hija regola ta' interpretazzjoni, applikabilianki ghat-testmenti u ghall-attijiet ta' dispozizzjoni partikulari, li fejn il-kliem tad-dispozizzjoni huwa car u ma jhallix dubju fuq is-sens taghha, l-istess ghandha tigi ezegwita bhala l-espressjoni tal-vera intenzjoni tat-testatur. Meta mbaghad ikun hemm bzonn li tigi nterpretata l-intenzjoni tat-testatur, din ghandha tigi mehuda mid-dispozizzjoni kontenuta fit-testmetn, u mhux minn affarijiet ohra estranci ghat-testment- konfrontata din id-dispozizzjoni mad-dispozizzjonijiet l-ohra tat-testment u anki ma' dawk ta' testmenti ohra precedenti u sussegwenti. L-espressjoni "taxxa tas-successjoni" volgarment tiftiehem fis-sens li tikkomprendi t-taxxa kollha dovuta fuq il-wirt tal-mejjet, minghajr distinzjoni bejn taxxa fuq l-assi, taxxa fuq il-wirt u taxxa fuq il-legati. Ghaldaqstant meta t-testatur ihalli ezekutur testamentarju bl-inkariku, fost ohrajn, li jhallas it-taxxa tas-successjoni, u mill-kontest tat-testment u mill-interpretazzjoni ta' l-intenzjoni, it-taxxa dovuta fuq il-legati minnu mhollija ghandha tigi mhallsa mill-werrieta, u mhux mill-legatarji.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment