Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section 1, Page 469

Judgement Details


Date
18/10/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MARIA ATTARD vs LOUIS AZZOPARDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 10 TAL-ORDINANZA XVI TAL-1944 - ART. 1621, 1657 U 1663 TAL-KAP. 23 - BEJGH - KERA ECCESSIV - LOKAZZJONI - NOVAZZJONI - PRESKRIZZJONI - RIFUZJONI - RILOKAZZJONI
Summary
Meta tigi kuntrattata lokazzjoni minghajr stipulazzjoni espressa ta' zmien, il-prezunzjoni hija illil-lokazzjoni saret skond il-hlas tal-kera; b'mod illi, jekk il-kera gie miftiehem li ghandu jithallas bix-xahar, il-lokazzjoni titqies li saret ghal xahar. Imma meta z-zmien tal-kiri hu hekk prezunt, il-kiri ma jispiccax bl-gheluq ta' dak iz-zmien, kemm il-darba sid il-kera ma jaghtix avviz lill-kerrej, jew dan lil dak, mill-anqas hmistax il-gurnata jew xahar qabel, skond il-kaz; izda l-lokazzjoni tkompli, u mhux tigi mgedda bhal ma jigri fil-kaz li l-kerrej, meta jaghlaq iz-zmien tal-kiri, jibqa', u jigi mholli, fid-dgawdija tal-haga lilu mikrija. Jekk, mbghad, is-sid ibiegh il-haga mikrija, l-akkwirent ma jistghax iholl il-kirja hlief jekk is-sid ikun zamm dik il-fakolta' fil-kuntratt tal-kiri; u l-pozizzjoni guridika li tinholoq b'dan il-bejgh ma tikkostitwix novazzjoni "ex parte creditoris", imma tibqa' ssehh il-lokazzjoni, u ma jkunx hemm xoljiment ta' lokazzjoni u avverament ta'lokazzjoni ohra. Ghaldaqstant, jekk il-kerrej, li jkun ghadu fil-fond, jottjeni riduzzjoni tal-kera mill-Board li Jirregola l-Kera b'effett retroattiv mill-bidu tal-kirja, u jagixxi kontra s-sid originarju ghar-rifuzjoni tal-kera li jkun tah izjed minn dak fissat mill-Board, dak is-sid ma jistghaxjallega illi l-azzjoni tal-konduttur hija preskritta ghax ghaddiet aktar minn sena minn meta spiccat il-kirja. Ghax il-lokazzjoni ma spiccatx, u ghadha sejra: u t-terminu tal-preskrizzjoni mhux bissma ghaddhiex, imma lanqas beda jghaddi. Is-sid precedenti lanqas jista' jehles minn dan l-obligu tieghu, li jirrifondi dan il-kera eccessiv, billi jkun biegh il-fond lil haddiehor; kif lanqas jista'jitfa' dan l-obligu fuq ix-xerrej.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment