Reference: Volume 36B (1952), Part No. 1, Section 1, Page 292

Judgement Details


Date
12/12/1952
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
KAPTAN SERAFINO XUEREB, M.B.E. vs NOBBLI CHARLES SANT FOURNIER NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET DILATORJI - REKWIZITI - SPOLL - TOLLERANZA
Summary
Biex tirnexxi azzjoni ta' spoll "de recenti', l-attur irid jipprova tliet rekwiziti, illi huwa (1) "possedisse", (2) "spoliatum fuisse", u (3) "infra bimestre deduxisse". Kwantu ghall-ewwel rekwizit,hu maghruf illi l-pussess mehtieg hu dak materjali u "de facto", ikun x'ikun, u mhix mehtiega l-prova li l-attur ghandu dritt ta' proprjeta' jew ta' servitu' fuq il-haga li minnha huwa gie spoljat bivjolenza jew klandestinament. Anzi hemm ir-rekwizit tal-pussess anki meta dak li hu spoljat ghandus-semplici detenzjoni. U ghalkemm hu veru li t-tolleranza ma taghtix azzjoni ta' spolt, eppure dikit-tolleranza ghandha tirrizulta almenu "prima facie". U meta t-tolleranza tirrizulta eskluza, l-eccezzjoni tan-nuqqas ta' azzjoni bazata fuqha hija inammissibili. Kwantu ghat-tieni rekwizit, l-ispoll, billi hu fatt maghmul b'dannu ta' haddiehor, huwa imputabili jew lil min jikkommettieh, jew lilmin jikkmanda li jigi kommess. U l-ispoljat hu fid-dmir li jinsisti illi l-haga tigi rimessa fl-istat li kienet qabel; salvi r-ragunijiet li jistghu jkunu kompetenti lill-ispoljant fil-gudizzju petitorju. U l-ezami tal-Qorti ghandu jkun limitat ghall-fatt ta' l-ispoll u tal-pussess. Il-pussess ta' l-ispoljant jista' jkun anki illegittimu; u fil-gudizzju ta' l-ispoll ma humiex ammessi eccezzjonijiet hlief dawk dilatorji.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment