Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 2, Taqsima 3, Paġna 853

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
EMMANUELE MIFSUD vs CARMELA SALIBA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1643, 1648, 1645, 1649, 1650 U 1646 TAL-KODICI CIVILI - DANNI FIL-FOND MIKRI - HGIEG - LOKAZZJONI - SPEJJEZ LOKATIZJI - TIBJID
Fil-Qosor
L-obligazzjoni tal-kerrej li jaghmel uzu mill-fond mikri ghandu skond id-destinazzjoni tieghu hija distinta minn dik li jinqeda bil-fond bhala missier tajjeb ta' familja. Jekk fil-bidu tal-lokazzjonissir deskrizzjoni tal-istat tal-fond, il-kerrej hu ohligat jikkonsenja l-fond fl-istat li jkun ircevieh, minbarra kwantu ghal dak li jkun inqered jew tgharraq bi qdumija jew forza magguri; jekk mbghad ma tkunx saret deskrizzjoni tal-kondizzjoni tal-fond, fl-assenza ta' prova kuntrarju, il-prezunzjoni hi li l-konduttur ikun ircieva l-haga lokata fi stat tajjeb, anki ghal dak li huwa tiswijiet lokatizji; u l-kerrej ghandu jirrispondi ghat-taghriq u ghall-hsarat li jigru matul id-dgawdija tieghu,meta ma jippruvax li dan it-taghriq u dawn il-hsarat graw minghajr htija tieghu. Minn dan jitnisselilli fin-nuqqas ta' deskrizzjoni tal-istat tal-fond il-konduttur irid jipprova li d-danni li jkununstabu fil-haga mikrija fl-ahhar tal-lokazzjoni ma jkunux saru bi htija tieghu. Id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid liema huma l-ispejjez lokatizji hija imperativa. Fost dawn l-ispejjez ma jidhlux l-ispejjez tat-tibjid; u fin-nuqqas ta' konvenzjoni dawn l-ispejjez ghandu jiehu hsiebhom il-lokatur.In kwantu ghall-ksur tal-hgieg, dawn huma a kariku tal-kerrej, ammenokke ma jippruvax li dak il-ksur sar bil-vetusta' jew forza irresistibbli, u bla htija tal-inkwilin.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment