Reference: Volume 33A (1947), Part No. 1, Section 1, Page 108

Judgement Details


Date
23/05/1947
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
CARMELA CATRO' vs ARTURO GRECH ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS SUPERVENIENS" - AZZJONI - INTERESS - PERMUTA - RETRATT - SIMULAZZJONI
Summary
Huwa pacifiku fid-duttrina u fil-gurisprudenza illi l-attur fil-gudizzju jrid ikollu interess jistitwixxi l-azzjoni u jottjeni l-akkoljiment taghha. Jekk l-azzjoni tkun inkapaci li tipproduci rizultament vantaggjuz jew utili ghal min jipproponiha, dik l-azzjoni ma tistax tigi protetta. U l-interess irid ikun ga twieled u jrid ikun ottwali sabiex jiggustifika l-azzjoni. Ghalhekk min jippretendili ghandu dritt jirkupra fond li gie permutat ma jistax jattakka dik il-permuta bhala simulata u pregudizzjevoli ghad-dritt tieghu ta' l-irkupru, jekk huwa ma jkunx ga irradika dak id-dritt tieghu bl-ezercizzju effettiv ta' l-irkupru. Dawn il-principji gew applikati f'dan il-kaz mill-Ewwel Qorti, ul-Qorti ta' l-Appell qablet maghhom. Imma billi wara s-sentenza ta' l-Ewwel Qorti, li kienet illiberat "ab observantia", giet prezentata c-cedola ta' l-irkupru, il-Qorti ta' l-Appell zammet li ma setax aktar jinghad li l-attrici ma kellhiex interess taghmel l-azzjoni biex tigi dikjarata simulata l-permuta; u fuq dan il-motiv biss, u bis-sahha tal-"Jus Superveniens", il-Qorti ta' l-Appell irrevokat l-ewwel sentenza u rrinvijat l-atti lill-Ewwel Qorti biex il-kawza tigi trattata u deciza fil-meritu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment