eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 41A (1957), Part No. 1, Section 1, Page 34
Download
Judgement Details
Date
25/01/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
VICTOR F. DENARO NE. vs ONOR. EMANUEL TABONE NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
"LONG TITLE" - "REQUISITION ORDER" - ART. 4 (1) TAL-HOUSING ACT, 1949 - ATTI "JURE IMPERII" - CITAZZJONI - INTERPRETAZZJONI - KAWZALI - NULLITA'
Summary
Fejn id-dispozizzjoni tal-ligihija cara, il-kliem tal-"Long Title" tal-istess ligi ma jistax jipprevali fuq il-kliem car tad-dispozizzjoni nnifisha. Il-Housing Act. 1949, jaghti lill-Kummissarju tad-Djar il-oter li jirrekwizizzjona kull xorta ta' bini; u dan mhux biss bix jipprovdi postijiet ghall-abitazzjoni lil nies li jkollhom bzonn dawn il-postijet u biex jizgura t-tqassim ahjar tad-djar tal-abitazzjoni, imma anki fejn jidhirlu li r-rekwizizzjoni tkun fl-interess publiku. ghaldaqstant mhixsostenibbli l-allegazzjoni illi l-Gvern ma jistax jezercita dan il-poter tieghu ta' rekwizizzjoni hlief ghar-rigward ta' djar tal-abitazzjoni u ghaiex jaghti "living accomodation"; u l-Gvern jista' ghalhekk jirrekwizizzjona post biex juzah bhala ufficcju, ghaliex rekwizizzjoni simili tidhol taht "public interesi". Imma r-"requisition order" irid ikun konformi ghall-ligi, u trattandosi ta' att lil-Gvern jaghmel "jure imperji", il-Qrati, ghalkemm ma jistghux jiddiskutu l-opportunita' jew il-gustizzja tar-rekwizizzjoni bhala provvediment amministrattiv tal-Gvern, jistghu pero' jaraw jekk ir-rekwizizzjoni tkunx inharget minn awtorita' kompetenti li tohrogha, jew ma tkunx inharget fil-forma lijmiss. Konsegwentement, jekk il-"requisition order" tinhareg fl-interess publiku, u dan l-iteressikun aghmul jikkonsisti "for providing living accomodation to persons and for ensuring a fair distribution of living accomadtion", u mhux "in the public interest" minghajr ebda limitazzjoni, il-portata tal-frazi generika u komprensiva tinsab ristretta ghal skop ta' abitazzjoni; u ghalhekk, f'kaz simili, il-forma tar-"reuisition order" mhix skond il-ligi, jekk il-post ikun gie rekwizzjonat biex jigi uzat mill-Gvern bhala ufficcju; ghax il-post gie uzat bhala ufficcju mentri kien gie rekwizizzjonat imitatament ghall-abitazzjoni; u ordni simil huwa kwindi null u bla ebda effett legali. Huwa veruilli l-istess Housing Act jiddisponi wkoll illi, fil-waqt li l-post ikun possedut millll-kummissarju tad-Djar bis-sahha tal-istess Housing Act, jista' jigi uzat ghal kwalunkwe skop li dak il-Kummissarju jidhirilu spedjenti fl-interess publiku; imma dan ifisser illi l-ost irid ikun jinsab rekwizizzjonat legalment; u post li gie uzat bala ufficcju tal-Gvern meta kien gie rekwizizzjonat ghal skopta' abitazzjoni ma jinsabx fil-pussess legali tal-Kummissarju tad-djar, inhabba d-difett fir-"requisition order". jekk fic-citazzjoni li biha tigi attakkata l-legalita' ta' "requisition order", fostil-kawzali li hemm anki dik li l-fond magiex uzat ghall-abitazzjoni u fid-domandi tinsab in-nullita'tar- "requisition order" ghar-ragunijiet imsemmijin fil-premessi tac-citazzjoni, il-Qorti hija legittima tezamina l-pont jekk l-ordni tar-rekwizizzjoni, dikjaratament maghmul ghal skop ta' abitazzjoni, kienx validu meta, kuntrarjament ghal dik id-dkjarazzjoni, fil-fatt dak l-fond ma kienx sejjer jigi uzat, u fil-fatt ma giex uzat, ghall-abitazzjoni.
Click here to search again.