Rikors - Rikorsi dwar Protezzjoni tal-Minuri (POMA)

Ir-Rikors li jista' jiġi ppreżentat huwa dawk li għalih issir referenza fl-Artikolu 4 tal-Att dwar Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri u għandu jiġi ppreżentat fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja). Permezz ta' din l-eForm jista' jiġi ppreżentat onlajn dan ir-rikors flimkien mad-dokumenti kollha li jistgħu jsostnu t-talba jew talbiet magħmula fir-rikors.

Il-ħlas dovut għal dan ir-rikors isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.

Ir-rikors ippreżentat onlajn għandu jitqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti. Iżda meta r-rikors jiġi ppreżentat onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

Ir-rikors irid isir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat minn Avukat jew Prokuratur Legali. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm ikun irid jiġi mehmuż kopja skenjata tar-rikors iffirmat.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża biss minn Avukati jew Prokuraturi Legali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk l-Avukati jew il-Prokuraturi Legali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita u l-indirizz tal-imajl tagħhom.

Int m'intix illogjat. Jekk jogħġbok illogja biex tipproċedi.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni