Ir-Risposti Ġuramentati li jistgħu jiġu ppreżentati huma dawk relatati ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-qorti tal-familja u għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Permezz ta' din l-eForm tista' tiġi ppreżentata onlajn din ir-risposta flimkien mad-dokumenti kollha rilevanti.
Il-ħlas dovut għal din ir-risposta isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.
Ir-risposta ippreżentata onlajn għanda titqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġiet ippreżentata direttament fir-Reġistru tal-istess Bord. Iżda meta r-risposta tiġi ppreżentata onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.
Nota Importanti
Ir-risposta trid isir bil-lingwa Maltija u trid tkun iffirmata minn Avukat u Prokuratur Legali. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm tkun trid tiġi mehmuża kopja skenjata tar-risposta iffirmata.
Dritt għall-Aċċess
Din l-eForm tista' tintuża biss Prokuraturi Legali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk il-Pprokuraturi Legali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita u l-indirizz tal-imajl tagħhom.