Att - Qorti tal-Appelli Kriminali (Inferjuri)

L-att li qed jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali (Inferjuri) kif imsemmi fil-Kap. 9 u L.S. 80 tal-2021 flimkien mad-dokumenti kollha jekk meħtiega jista' jiġi ppreżentat onlajn permezz ta' din l-eForm.

Il-ħlas dovut għal dan ir-rikors isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.

L-att ippreżentat onlajn għandu jitqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti. Iżda meta l-att jiġi ppreżentat onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

L-att irid isir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat mill-Avukat. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm ikun irid jiġi mehmuż kopja skenjata tal-att iffirmat.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża biss minn Avukati jew Prosekuturi fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk l-Avukati jew il-Prosekuturi fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Kriminali u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita u l-indirizz tal-imajl tagħhom.

Int m'intix illogjat. Jekk jogħġbok illogja biex tipproċedi.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment