eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 42E (1958), Part No. 3, Section , Page 1207
Download
Judgement Details
Date
25/11/1958
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
JOSEPH SCHEMBRI vs ROBERT BUTLER
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
ART. 1031, 1032, 1271 U 1266 TAL-KODICI CIVILI - INTERESS - KAWZALI - KERA - KUNTRATT - LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI - REXISSJONI - RIGAL - SIMULAZZJONI
Summary
Ftehim li fih ma hemmx espressa l-kawza jibqa' jiswa, jekk jigi pruvat li kien hemm kawza bizzejjed;u jekk il-kawza espressa tkun falza, il-ftehim jinzamm shieh, kemm il-darba jigi pruvat li kien hemm kawza ohra. Ghaldaqstant, jekk isir kuntratt ta' lokazzjoni ta' fond fejn jinghad li l-koncessjonarju tal-lokazzjoni hallas certa somma bhala kera, mentri fil-fatt huwa jkun hallas dik is-somma inparti bhala kera u in parti bhala rigal, u l-lokatur in segwitu jaghmel kawza kontra l-inkwilin biexjigi dikjarat illi s-somma li huwa rcieva giet lilu mhallsa in parti bhala kera u in parti bhala rigal, ma jistax jinghad illi s-sid ma ghandux interess jaghmel dik il-kawza, ladarba huwa jkollu nteress f'dik id-dikjarazzjoni; u ntant il-kuntratt tal-lokazzjoni jibqa' jsehh. F'kaz simili jkun hemmsimulazzjoni ghax kawza kien hemm, imma kienet kawza li l-partijiet ma riedux jikkonfessaw. Il-kawza espressa hi falza, u l-kawza vera hi mohbija; u dan ma jnehhix l-interess tas-sid ghall-ezercizzju tal-azzjoni ntiza ghall-prova u dikjarazzjoni tas-simulazzjoni tal-kawza; u l-attur ma jkunx qieghed jitlob li jaqa' l-ftehim, imma jkun irid li dan jibqa' jsehh, izda ghall-kawza mohbija mill-kawzasimulata. U allura l-interess fl-attur jirikorri ghal-ezercizzju ta' din l-azzjoni, ladarba l-fatti juru li hu ghandu nteress ghal dik id-dikjarazzjoni. U ghall-azzjoni hekk proposta mhix applikabbli d-dispozizzjoni tal-ligi li tghid illi, meta obligazzjoni annullabbli tigi ratifikata mill-partijiet li kkuntrattaw, dik ir-ratifika tibqa' ssehh bla hsara tal-jeddijiet tat-terzi; kif lanqas id-dispozizzjoni l-ohra li tassoggetta l-azzjoni ta' rexissjoni ghall-preskrizzjoni ta' sentejn, ghax l-attur ma jkunx qieghed jezercita l-azzjoni ta' rexissjoni tal-ftehim li sar, imma dik ta' simulazzjoni.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It