Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Fil-Qosor
Biex eccezzjoni preliminari tista' tigi ritenuta bhala kaz li fih il-Qorti ghandha tkun komposta minn tliet Imhallfin biex tiddeciedi dik l-eccezzjoni, mhux bizzejjed li l-istess eccezzjoni ligi kwalifikata bhala eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza; imma hu necessarju, biex il-Qorti kompostaminn Imhallef wiehed tastjeni ruhha milli tiehu konjizzjoni taghha u tirrimettiha lill-Qorti kollegjali, li l-Qorti tkun soddisfatta u perswaza li d-difett allegat jimplika realment, almenu "prima facie", eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza; fi kliem iehor, jehtieg illi, qabel ma ssir dik ir-remissjoni lill-Qorti kollegjali, li jirrizulta soddisfacentement illi, supposta r-realta' u l-ezistenza tad-difett, ikun il-kaz ta' dikjarazzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza, u mhux semplicementta' rettifikazzjoni tal-istess att tal-akkuza jew xi rimedji ohra. Jekk l-akkuzat hu mputat fl-ewwel kap li seraq xi oggetti, u fit-tieni kap illi, wara li xi persuni ohra serqu dawk l-oggetti, hu biegh jew ittrasferixxa jew mexxa minn dawk l-oggetti meta kien jaf li kienu gejjin minn serq, u l-akkuzat jeccepixxi n-nullita' tal-att tal-akkuza, billi jallega li l-fatti allegat fl-ewwel kap ma jikkostitwux, anzi jeskludu, ir-reat ta' serq dedott fl-ewwel kap, u l-fatti allegati fit-tieni kap ma jikkostitwux, anzi jeskludu, ir-reat dedott fl-ewwel kap, b'mod li mhux car b'liema reat l-akkuzat huwa mputat, u li jekk iz-zewg kapi huma ntizi bhala alternattiva, haga li ma tirrizultax mill-att tal-akkuza, din hija haga kuntrarja ghall-ligi, il-kwistjoni hekk sollevata issib is-soluzzjoni taghhafil-process stess skond ir-rizultanzi ta' fatt u d-direzzjonijiet li l-Qorti taghti lill-gurati fuqpunti ta' dritt. Bil-ligi hu rimess lill-gurati jekk l-akkuzat ikkommettiex ir-reat ta' serq dedottfl-ewwel kap tal-att tal-akkuza, kif ukoll, fil-kaz li l-gurati ma jsibuhx hati ta' dak ir-reat, jekk ikkommettiex ir-reat ta' ricettazzjoni dedott fit-tieni kap. Tkun, mbghad, kwistjoni ta' dritt,rimessa bil-ligi lill-Qorti, u li fuqha l-Qorti taghti direzzjonijiet lill-gurati, jekk, fil-kaz lihuma jsibu lill-akkuzat hati taht l-ewwel kap, ikunux jistghu jsibuh talvolta hati wkoll taht it-tieni kap, jew pruttost il-kuntrarju, darba li l-fatt taht it-tieni kap ikun jikkostitwixxi semplicement sfruttament konsegwenzjali tal-prodott tas-serq. F'dawn il-kontigenzi, l-eccezzjon sollevata mill-akkuzat ma ggibx ghal kwistjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza, u ma hix tali li ghandha tigi rimessa lill-Qorti kollegjali.