Reference: Volume 42D (1958), Part No. 3, Section , Page 1159

Judgement Details


Date
07/03/1958
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
PAOLO GRIXTI vs JOSEPH DEMICOLI ZAMMIT NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 175 (1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - CITAZZJONI - KORREZZJONI - SOCJETA'
Summary
Il-ligi taghti lill-Qorti l-poter, f'kull waqt tal-kawza qabel is-sentenza, sew minn jeddha jew waratalba ta' wahda mill-partijiet, li tordna jew tippermetti tibdil fl-iskrittura, sew billi fihom jizdied jew jitnehha l-isem ta' wahda mill-partijiet u jitqieghed iehor floku, inkella billi jissewwa zball fl-isem tal-partijiet jew fil-kwalita' li fiha jidhru, jew zball iehor, jew billi jigu mdahhlaukoll b'nota separata, hwejjeg ohra dwar il-fatt jew il-ligi; basta li ebda tibdil bhal dan ma jkunibiddel fis-sentenza l-azzjoni jew l-eccezzjoni. Jekk ic-citazzjoni ssir kontra persuna in rapprezentanza ta' socjeta', u l-attur jitlob il-korrezzjoni tac-citazzjoni fis-sens illi jitnehha l-isem tal-persuna li giet imharrka u minflok jitqieghed l-isem ta' persuna ohra li tipprezenta gudizzjarjament is-socjeta', dan it-tibdil jista' jsir; ghax il-persuna li giet konvenuta hija s-socjeta', u bit-tibdil tal-isem tal-persuna fizika li tirraprezenta s-socjeta' tibqa' konvenuta, kif giet mill-bidukonvenuta, is-socjeta' u allura dan it-tibdil ma jbiddelx l-azzjoni; ghaliex din tibqa' l-istess, diretta kontra l-istess socjeta' u lanqas ma jbiddel l-eccezzjoni, ghaliex l-eccezzjoni li giet sollevata, barra dik li tat lok ghat-talba tal-korrezzjoni, tibqa' applikabbli u tibqa' l-istess. Diverskien ikun il-kaz kieki tigi mitluba l-aggunta tal-kwalita' tieghu ghax allura dak it-tibdil ma jkunx jista' jigi permess, ghaliex dik il-korrezzjoni ggib tibdil sostanzjali fl-ecezzjoni; u l-poter moghti lill-Qorti ma kien qatt intiz biex jezonera lil min jirredigi att tal-procedura milli josservar-rit u mill-konsegwenzi li jistghu jidderivaw mill-vjolazzjoni tal-precetti procedurali; specjalment meta dawn il-precetti jkunu ntizi biex jassiguraw lill-konvenut jew lill-intimat l-indikazzjoni l-indiazzjoni car tar-responsabbilta' civili li tkun qeghda tigi addebitata lilu u tal-kwalita' li fiha jkun gie msejjah biex jirispondi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info