eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 37D (1953), Part No. 4, Section , Page 1027
Download
Judgement Details
Date
07/02/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
PERIT DUMINKU MINTOFF ET. vs DOTT. CARMELO SCHEMBRI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
EZEKUTIV - INGURJA KOLLETTIVA - KOMUNIZMU - LIBELL - MEMBRI PARLAMENTARI - PARTIT POLITIKU
Summary
Bhala principju legali hija korretta l-propozizzjoni illi, jekk id-diffamazzjoni tkun rivolta kontrapluralita' ta' persuni li minhabba xi element komuni jkunu lkoll identifikabili b'mod mhux dubju, utkun hekk diretta kontra lkoll, sija pure komplessivament, allura kull wiehed minnhom jista' jagixxi, ghaliex ikun hemm allura r-rekwizit tad-determinatezza personali; u li, ghall-kuntrarju, jekk l-ingurja f'kaz simili tkun rivolta biss kontra x'uhud minnhom indeterminatament, bla identifikazzjoniindividwali, allura ebda wiehed ma jista' jazzjona, ghaliex jonqos appuntu r-rekwizit tad-determinatezza personali, u wiehed ma jkunx jaf ghal liema minn dik il-klassi kollettiva ried jalludi l-imputat. Ghaldaqstant il-kwistjoni tkun dik jekk, bhala fatt, bl-artikolu nkriminat, rivolta kontra kumpless ta' persuni, l-ingurja gietx diretta kontra lkoll komplessivament jew kontra xi wiehed biss. F'materja ta' libell wiehed ghandu jara proprjament dak li l-guristi inglizi jsejhu "the sting of thelibel"; u biex wiehed jara jekk l-artikolu hux libelluz jew le, ghandu jikkunsidra kif jifhmu bniedem ragjonevoli, ta' intelligenza normali, u li jkollu konoxxenza tac-cirkustanzi korrenti. L-Ezekutiv ta' Partit Politiku huwa dak li jaghti l-orjentament lill-"policy" tal-partit; fil-waqt li l-Membri Parlamentari huma dawk li huma msejhin bil-mandat elettorali taghhom biex jattwaw dik il-"policy".B'applikazzjoni ta' dawn il-principji, gie ritenut f'din il-kawza illi l-imputazzjoni kontenuta fl-artikolu nkriminat, fis-sens li l-partit qieghed jesplika fil-pulitika attivita' komunista, hija ngurjuza mhux ghal xi whud biss, imma ghal kull wiehed mill-membri ta' l-Ezekutiv u kull wiehed mill-Membri Parlamentari, u li minhabba dik id-determinatezza personali kull wiehed minnhom ghandu azzjonikontra l-editur tal-gazzetta fejn gie stampat dak l-artikolu.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It