Referenza: Volum 37D (1953), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 884

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/03/1953
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
NEG. JOSEPH DARMANIN PR. ET NE. vs CARMELO MICALLEF NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2237 TAL-KODICI CIVILI - DEZERZJONI - INTERRUZZJONI - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Id-dezerzjoni ta' kawza ma testingwix l-azzjoni li kienet giet dedotta fil-gudizzju li gie perent, kif ma testingwix il-provi rizultanti mill-attijiet ta' dak il-gudizzju u l-effett tas-sentenza pronunzjati fih: imma l-iskop u l-effett immedjat taghha hu dak li thassar kull effett ta' l-istituzzjoni tar-rapport processwali, li testingwi jew tannulla l-atti tal-process, li thassar, f'kelma wahda,l-istanza hlief in rigward tat-provi u l-provvedimenti fuq riferiti. B'mod li, jekk il-parti trid tipproponi l-istanza, ikollha, hlief in rigward ta' dawn, terga' tibda mill-bidu minghajr ma jigi kunsidrat l-ewwel gudizzju, li, appuntu ghax perent, jigi kunsidrat bhal kieku qatt ma sar. Imma, ghalkemm il-perenzjoni ma testingwix l-azzjoni, tista' indirettament tippregudikaha; ghaliex l-azzjoni tista' tigi estinta bil-preskrizzjoni taghha, jekk din tigi kompjuta fiz-zmien tal-kors u tal-kompiment tal-perenzjoni ta' l-istanza. Imma, ghalkemm il-perenzjoni ma testingwix l-azzjoni, tista' indirettament tippregudikaha; ghaliex l-azzjoni tista' tigi estinta bil-preskrizzjoni taghha, jekk din tigi kompjuta fiz-zmien tal-kors u tal-kompiment tal-perenzjoni ta' l-istanza. Bhala konsegwenza tal-premess, bid-dezerzjoni tal-gudizzju jiskomparixxi l-effett interruttiv tal-preskrizzjoni ta' l-azzjoni, ma jistax jigi nvokat kontra dik il-preskrizzjoni l-beneficcju ta' l-interruzzjoni ta' dik il-preskrizzjoni bil-prezentata tac-citazzjoni fil-gudizzju li gie perent.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni