Referenza: Volum 41E (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1134

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/11/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
AVUKAT DR. CARLO MOORE NE. vs A.I.C CARMELO FALZON ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT - ART. 1732, 1481(2), U 1132 TAL-KODICI CIVILI - BENNEJ - DANNI - DIFETTI OKKULTI - MANDAT - PERIT - SOLDARJETA'
Fil-Qosor
Il-Ligi tikkontempla d-difett okkult f'materja ta' bejgh u skond l-istess ligi, biex id-difett ikunokkult, irid ikun tali li jkun hemm l-impossibilita' li jigi skopert. Jekk b'ezami serju u mhux superficjali jista jigi konoxxut, il-vizzju huwa apparenti. Il-perit inkarigat mid-direzzjoni ta' binihu obligat jivverifika anki l-materjali li jkunu qeghdin jigu uzati fil-bini; u ghalhekk hu obligatjissorvelja anki l-kwalita' tal-oggetti li jinxtraw biex iservu ghall-bini; u mhux bizzejjed li hujhalli f'idejn il-bennej. Hu veru li, bhal kull debitur, hu tenut jippresta biss id-diligenza ordinarja ta' missier tajjeb tal-familja, izda hu veru wkoll illi hu mandatarju, u r-responsabilita' tieghu tohrog mill-oggett stess li ghalih hu nkarigat jezegwixxi l-mandat mhux biss bil-bwona fede, immaanki b'dik id-diligenza u abilita' rikjesti mill-ezekuzzjoni tal-mandat li hu nkariga ruhu minnu.U jekk il-mandat ikun retribwit, il-gudikant ghandu jkun aktar sever fl-apprezzament tieghu. Ghaldaqstant, jekk dak il-perit ma jkunx ha hsieb jezamina sewwa l-oggetti li jigu uzati fil-kostruzzjonital-bini li tkun taht id-direzzjoni tieghu, huwa responsabbli ghall-hsara li tigri ghax ikunu gew uzati materjali difettuzi. Kwantu ghall-bennej, anki hu ghandu l-istess responsabilita' u jekk ma juzax id-diligenza ordinarja biex jiskopri l-imsemmija difetti, huwa wkoll ghandu jirrispondi ghal dikil-hsara. Xejn ma jiswa li fix-xiri tal-oggetti kellhom jigu uzati fil-kstruzzjoni tal-bini li tkuntaht id-direzzjoni tieghu, huwa responsabbli ghall-hsara li tigri ghax ikunu gew uzati materjali difettuza. Kwantu ghall-bennej anki hu ghandu l-istess responsabilia' u jekk ma juzax id-diligenza ordinarja biex jiskopri l-imsemmija difetti, huwa wkoll ghandu jirrispondi ghal dik il-hsara. Xejn majiswa li fix-xiri tal-oggetti li kellhom jigu uzatifil-bini hadu xi inizzjattiva l-kommittenti; ghax din ir-responsabilita' sija tal-perit kemm tal-bennej, hi bazata fuq l-rdni publiku, u tibqa' dejjem anki jekk il-materjali jigu formiti mill-istess kommittenti. Pero' ir-responsabilita' tal-peritu dik tal-bennej mhijiex solidali; ghaliex l-obligazzjoni taghhom hija "ex contractu" u , jekk magietx espressament stipulata, ma ghandhiex, u lanqas tista', tigi prezunta. Ghaldaqstant, jekk fil-bini ta' fond jigi uzat travu difettuz, u dan in segwitu jaqa' u jikkaguna danni, il-perit li kellud-direzzjoni tal-bini u l-bennej li ezegwixxa dak il-bini, huma responsabbli ghall-hsara li jikkaguna dak it-travu bil-waqgha tieghu, jekk huma ma uzawx id-diligenza ordinarjament mehtiega biex jikxfud-difett li kellu t-travu; imma din ir-responsabilita' taghhom mhijiex solidali, izda rateali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni