Reference: Volume 39C (1955), Part No. 2, Section , Page 663

Judgement Details


Date
20/05/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
PAUL DEBONO vs THOMAS AGIUS DELICATA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 572(1), 1959(1), 1292,1303,1304,U 1282(1) TAL-KODICI CIVILI - DOTA - MANDAT - MARA - SEPERAZZJONI PERSONALI - SPOLL
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija esperibbli kontra l-awtur li kkommettieh, ghaliex hija fondata fuq id-delitt li jkun sar kontra l-ispokljat, u ghalhekk hija essenzjalment personali. Dana, pero', ma jfisserxilli l-mandant ma jkunx suggett ghal din l-azzjoni; imma jfisser li l-mandatarju ma jigix mehlus, meta jirrikorri fih l-element intenzjonali. IL-mandat ghandu jkollu bhala skop haga lecita, li l-mandant seta' jaghmel huwa nnifsu. U billi l-beni dotali huma legalment fil-pussess tar-ragel, li ghandufuqhom il-poteri kollha rikonoxxuti mill-ligi lill-uzufruttwarju, u hadd hlief l-awtoritaq' gudizzjarja, fil-kazi previsti mill-ligi, ma jista hubdagakky y huooruvag nubbgin, il-mara ma tistghax tikkonferixxi lil terza persuna l-inkariku li jgorr dawk il-beni taghha mill-poter tar-ragel kontra l-volonta' u ad insaputa tieghu, u hekk jipprivah mid-drittijiet li hu ghandu fuqhom skond il-ligi. IL-mara hija persuna inkapaci biex tnehhi dawk il-beni minn taht il-poter ta' zewgha, u kwindi hija inkapaci li tinkarika lil hadd iehor jaghmel dan f'isimha. Il-mandatarju li hekk jagixxi b'inkariku ta'dik il-mara lanqas jista' jsostni li l-azzjoni ta' spoll hija diretta hazin kontra tieghu; ghax legalment l-ispoll ikkommettieh hu. Lanqas tiswa' l-allegazzjoni li bejn ir-ragel u l-mara hemm pendentiproceduri ta' separazzjoni personali li fihom il-mara qeghedha titlob kontra zewgha r-restituzzjonitad-dota taghha; ghax dawk il-proceduri ma' jipprivawx lir-ragel, bhala kap tal-familja, mill-poterli jamministra u jiehu hsieb id-dota lilu affidata fl-okkazjoni taz-zwieg; salv kull dritt li jista'jkollha l-mara dontra zewgha biex tikkawtela l-pretensjoni taghha ghar-restituzzjoni tad-dota bil-modi preskritti mill-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info