Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section , Page 835

Judgement Details


Date
20/03/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs IGNAZIO SCICLUNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 3 TAL-KAP. 165 - LICENZA - POLZA TAS-SIGURTA' - PROVA - SOSPENSJONI - THIRD PARTY RISKS - TRAFFIKU
Summary
Jekk polza tas-sigurta' ma tigix ezibita biex isservi bhala prova li dik il-polza kienet ghalqet, il-prova li l-polza kienet ghalqet tista' ssir bix-xhieda ta' persuna li rat dik il-polza u li tafferma li l-istess kienet ghalqet. Il-fatt li vettura hija licenzjata f'isem l-imputat u kienet "on theroad" minghajr polza tas-sigurta', huwa prova "prima facie" li l-imputat ippermetta l-uzu ta' dik il-karrozza minghajr il-polza tas-sigurta'; u jaqa' fuq l-imputat il-piz li jipprova l-kuntrarju, cjoe' jew li l-karrozza giet misjuqa minn haddiehor bla permess tieghu, jew li l-polza kienet giet rinnovata. F'kaz simili, id-dmir tal-prova kuntrarja in ripulsa jigi spustat fuq id-difiza. Dan il-principju, pero', jista' jigi ritenut korrett jekk ikun jista' jigi korrelatat u inkwadrat mac-cirkustanzi tal-kaz; ghax jista' jkun hemm kazijiet ohra li fihom il-fatt li l-rejikolu jkun licenzjat ghan-nom ta' l-imputat li l-polza tkun ghalqet ma jkunux wehedhom bizzejjed biex joholqu dak il-grad ta' "prima facie case' li hu bizzejjed biex jisposta l-piz tal-prova minn fuq il-Prosekuzzjoni ghal fuq id-Difiza. Il-fatt li min saq il-karrozza ikun ga gie kundannat u skwalifikat talli ghamel uzu mill-karrozza bla polza tas-sigurta' ma jiswa xejn ghall-imputat li hu akkuzat talli ppermetta dak l-uzu;ghax il-ligi tikkontempla tard il-fatt ta' min juza, kemm ta' min jippermetti jew igieghel li jintuza, rejikolu bla polza tas-sigurta'. Lanqas ma jiswa ghall-fini ta' l-iskwalifika tal-licenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info