Referenza: Volum 40B (1956), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 310

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/11/1956
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GRAZIO MUSCAT vs WILFRED PODESTA' NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"COST OF WORKS PAYMENT" - "VALUE PAYMENT" - ART. 2, 19 U 20 TAL-ORDINANZA III TAL-1943 - INTERPRETAZZJONI - ORDINANZA XVII TAL-1944 - WAR DAMAGE COMMISSION
Fil-Qosor
L-Ordinanza dwar il-Hsarat tal-Gwerra, kif emendata bl-Ordinanza XVII tal-1944, tiddisponi espressament illi l-frazi "Cost of Works Payment" ghandha tigi moghtija s-sinifikat imfisser fl-art. 19 tal-Ordinanza principali; u ghalhekk mhix sostenibbli s-sottomissjoni illi l-kriterju distintiv bejn "Cost of Works Payment" u "Value Payment" ghandu jigi dezunt mill-art 20 tal-Ordinanza principali. Ghaxil-gudikant ma jistax jitbieghed mir-regola fondamentali ta' interpretazzjoni, li ghaliha hija subordinata kull regola ohra, li ghandha tigi segwita l-intenzjoni tal-legislatur kif minnu dikjarata "expressis verbis". Imma anki indipendentement minn din il-konsiderazzjoni, hu indubitat li dak li jinghad fl-art. 20 ghandu jiftiehem konsistentement mal-art. 19. Meta f'dan l-artikolu tal-ahhar tissemma l-komputazzjoni tal-ammont tal-"cost of works payment" u diversi cirkustanzi li fuqhom dan l-ammont jiddependi, "ipso facto" qeghdin jigu stabbilit l-kondizzjonijiet li tahthom il-pagament jista'jkun, jew ahjar ghandu jkun, "cost of works payment". Il-kazijiet ta' "cost of works payment" humatnejn: (a) meta jkun hemm "reinstatement" tal-post fil-forma kif kien immedjatament qabel ma grat il-hsara; (b) meta l-hsara tal-gwerra tissewwa b'xogholijiet li jinkludu "alternations or additions to the developed tenement". Hija sewwa l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens illi t-tieni kazghandu jigi miftiehem bhala li jfisser li jkun hemm "alterations" u "additions", imma mhux tant drastici u estizi li jimplikaw il-kreazzjoni ta' post gdid u differenti, b'mod li ma jistax jinghad aktar li l-post hu l-istess. Imma jekk fit-tiswija jkun hemm mhux semplici "alternations" u "additions",li bihom b'kollox jibqghu mantenuti dawk li jissejhu "the essential physical characteristics" tal-post, imma kien hemm "alternations" u "additions" li jinvolvu kambjament radikali tal-post, allura majkunx kaz ta' "cost of works payment".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni