Reference: Volume 33E (1949), Part No. 2, Section , Page 344

Judgement Details


Date
11/03/1949
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
CARMELO CASSAR PARNIS vs GUSTAVO SOLER NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 216 TAL-KODICI AL-PROCEDURA CIVILI - NULLITA' - NUQQAS TA' MENZJONI TA' L-ECCEZZJONIJIET TAL-KONVENUT - SENTENZA
Summary
In-nulliajiet jistghu jkunu jew dikjarati "expressis verbis" jew le. Bhala regola generali, il-ligijiet u d-dottrina, u l-ligi taghna in in partikulari, ma jiffornux in-nullitajiet, anzi jippropendukemm jista' jkun ghat-tezi tal-validita' ta' l-att li jkun hemm diskussjoni fuqu. Anki fejn in-nullita' hija dikjarata espressament mill-ligi, hija ma toperax qatt wehedha b'mod li, jekk l-att ikunsentenza, tnaqqas "moto proprio" l-karattru ta' gudikat ta' dik is-sentenza, imma huwa mehtieg li dik in-nullita' tigi proposta mill-interessati fi zmien utili u b'wiehed mill-mezzi li trid u biss tirrikjudi l-ligi. Meta s-sentenza tghaddi f'gudikat ghax ma tigix appellata jew ritratata, jew ghaliex, jekk appellata jew ritrattata, tigi konfermata, hija issir irrevokabili u ma jkunx aktar lecitu li tinfetah diskussjoni fuqha, lanqas jekk tkun, forsi, ingusta. Ghax il-legislatur jaghti lil kullinteressat f'dik is-sentenza l-mezzi biex iwaqqaghha bhala nulla: u jekk huwa ma juzax dawk ir-rimedji ma ghandux ghalfejn jilmenta mill-inflessibilita' tal-principju ta' l-irrevokabilita tal-gudikat.U lanqas ma jista' jallega li ma kienx jaf bil-prolazzjoni tas-sentenza, ghax kien dmiru li jsegwil-kawza fid-diversi differimenti taghha; u jekk ma kienx hekk diligenti, "imputet sibi". Ghaldaqstant, ladarba s-sntenza tkun saret irrevokabili, ma hemmx lok li l-Qorti tidhol fil-kwistjoni ta' l-allegata nullita tas-sentenza fuq il-motiv ta' nuqqas ta' menzjoni ta' l-eccezzjonijiet tal-konvenutfl-istess sentenza tikkonsisti verament fid-dispozitiv, li ghandu jkun intelligibili, ghalkemm mhuxdettaljament, ic-cahda ta' l-eccezzjonijiet kollha, in kwantu dawk il-motivi jkunu jirrigwardaw il-bazi ta' l-istanza, il-vot tal-ligi huwa ugwalment adempjat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info