Referenza: Volum 39E (1955), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1091

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/07/1955
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs NUTAR DR. ROSARIO FRENDO RANDON, LL.D.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASTENSJONI - RIKUZAZZJONI TA' L-IMHALLEF
Fil-Qosor
L-Imhallef ma jistax jilqa' l-eccezzjoni (ta' rikuzazzjoni, jew) jastjeni ruhu, hlief ghal xi wiehedmill-motivi msemmijin fil-Kodici tal-Procedura Civili, jew meta r-reat ikun ikun sar bi hsara tieghu jew ta' martu, jew ta' xi hadd li jigi minnu mid-demm, jew imhallat mieghu bi zwieg, fil-gradi msemmijin fil-ligi. Il-motivi ta' rikuzazzjoni jew astensjoni huma stabbiliti mil-ligi tassattivament;u ghalhekk l-Imhallef ma jistax jilqa' l-eccezzjoni tar-rikuzazzjoni, jew jastjeni ruhu, hlief metajirrikorri xi wiehed minn dawk il-motivi. Fost dawk il-motivi, hemm dak li l-kawza tun ga giet darb'ohra quddiem l-Imhallef sedenti; u bil-kelma "kawza" l-legislatur ried jirriferixxi ghall-istess kawza li fuqha nghatat id-decizjoni precedenti. Jekk jirrizulta li l-pont li hemm quddiem l-Imhallefsedenti ma ghandux x'jaqsam mal-meritu ta' kawza li kellu quddiemu f'sede civili, jew li quddiemu hemm biss xi incident li qatt ma gie diskuss jew almenu deciz f'kawza civili li hija pendenti quddiemdak l-Imhallef, dak l-Imhallef ma ghandux jilqa' l-eccezzjoni ta' rikuzazzjoni, avvolja f'dik il-kawza civili huwa ga qata' wahda mid-domandi, u l-kawza ghadha tinsab pendenti quddiemu ghad-definizzjoni tad-domandi l-ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni