Referenza: Volum 39E (1955), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1061

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/06/1955
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MARIANO SARE'
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 353 (1) (G) TAL-KODICI KRIMINALI - KLIEB
Fil-Qosor
Bil-fatt li kelb jigri wara tifel ta' eta' zghira u jghola mieghu u jaghtieh is-self, u b'hekk ibezzghu, ma tigix integreta l-kontravenzzjoi msemmija fl-art. 353 (1) (g) tal-Kodici Kriminali. F'dik id-dispozizzjoni l-ligi tikkontempla bhala kontravventur lil min "isewwes lil kelb tieghu biex jaghmel ghal xi hadd, jew ma jfittex li jzommu meta jkun dejjaq lil xi hadd". Fil-kaz ta' dina l-kontravvenzjoni ma hemm xejn fil-ligi li jista' jawtorizza lill-gudikant jezigi fis-sid tal-kelb, bhala element tal-kontravvenzjoni, ix-xjenza li l-kelb ghandu t-tendenza li jaghmel ghan-nies, ix-xjenza tal-"mishievous propensity" tal-kelb - apparti milli, f'azzjoni civili ghad-danni, mhix eskluza l-possibbilita' li fil-konsiderazzjoni tal-kolpa tidhol anki l-indagini ta' dina l-"mischievous propensity"tal-kelb bhala element ta' prevedibbilita'. imma fil-kamp kriminali, ir-rekwiziti mehtiega biex tigi ntegrata dina l-kontravvenzjoni huma "(a) li l-kelb jkun ghamel ghal xi hadd, u (b) li sidu ma jfittex li jzommu". U bil-kliem "ma jfittex li jzommu" l-ligi tirrizwalizza l-kaz li fih jew is-sid ikun attwalment prezenti meta l-kelb jaghti s-salt ghalhadd iehor, jew almenu (jekk mhux prezenti) jigi avzat minn xi hadd "hic et nunc", u avvolja, meta jakkorri, il-kelb ikun ghadu qieghed jaghti s-salt ghal persuna, is-sid ma jfittexx li jzommu. B'mod li l-kontravvenzjoni kollha tikkonsisti fl-inkurja tas-sid, li ma jaghmel xejn biex jirrimedja "hic et nune". Jekk ma jigix pruvat dan l-elementtal-inkurja tas-sid, il-kontravvenzjoni kontemplata f'din id-dispozizzjoni tal-ligi ma tezistix.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni