Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 113

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/02/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MARZOUKI HACHEMI BEYA BENT ABDELLATIF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMPORTAZZJONI - ORDINANZA DWAR IL-MEDICINI PERIKOLUZI - XJENZA
Fil-Qosor
Il-ligi taghna, kemm ghal dak li jirrigwarda l-pussess kif ukoll ghal dak li jirrigwarda l-importazzjoni ta' droga, ma tuzax il-kelma "xjentement"; fi kliem iehor il-ligi titkellem dwar min "ikollu fil-pussess tieghu" (artikolu 8(a)(c), kap 101), ikun fil-pussess" (regola 8, A.L.292/1939), "jimporta(artikolu 15A (1), Kap. 101) u mhux dwar min "xjentement ikollu fil-pussess tieghu", "xjentement ikun fil-pussess" jew "xjentement jimporta". Ghalkemm il-legislatur f'dawn id-dispozizzjonijiet ma juzax il-kelma "xjentement", hu evidenti li hawn si tratta ta' reati doluzi u mhux empliciment ta' reati kolpuzi. Il-legistratur ma riedx jikkolpixxi lil min, per ezempju, ad insaputa tieghu jitqieghduxi droga fil-bagalja tieghu u dan jibqa' diehel biha f'Malta. Mill-banda l-ohra, b'applikazzjoni ta' l-artikolu 26 (1) tal-Kap. 101, persuna li tkun fil-pussess ta' doga jew li tkun dahhlet droga f'Malta hi presunta li kienet fil-pussess jew dahhlita xjentement, jigifieri li kienet taf bl-ezistenza ta' dak l-oggett, li dak l-oggett hu droga, u ghalhekk li kienet taf li kienet fil-pussess jew likienet qed iddahhal id-droga, salv prova (imqar fuq bazi ta' probabilita') kuntrarja, u salv il-limitazzjoni ghal tali prova skond l-artikolu 26 (2).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni