Reference: Volume 45A (1961), Part No. 1, Section 1, Page 31

Judgement Details


Date
27/01/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Parties
EMMANUELE DALLI PR. ET NE. vs FILIPPO SPITERI PR. ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 578, 579, 580, 584 U 585, TLA-KODICI CIVILI - FRUTTI U INTERESSI - MALA FEDE - PUSSESS
Summary
Il-possessur ta' fond in mala fede hu obligat jirrestitwixxi lis-sid il-frutti kollha li hu ppercepixxa jew seta' jippercepixxi mill-haga minnu posseduta bid-diligenza ta' missier tajjeb tal-familja;izda jekk dak il-pussess ma jkunx gie ottenut b'serq jew b'xi delitt iehor, il-possessur, anki ta' mala fede, ghandu kontra si-sid, ghal dawk li huma spejjez necessarji fil-haga u spejjez utili ghall-miljoramenti, li ma jistghux jitnehhew, l-istess drittijiet tal-possessur ta' bwona fede, jigifierili hu jista' jitlob minn ghand is-sid ir-rifuzjoni tal-ispejjez necessarji u, dwar l-ispejjez utili,il-hlas tal-ispiza jew, kif jaghzel is-sid, somma korrispondenti ghall kemm ikun kiber il-valur. L-ispejjez li s-sid ghandu jirrifondi lill-possessur jigu kompensati, sal-entranti kwantita', mal-frott li dan ghandu jirrestitwixxi; izda l-possessur, sew ta' bona fede kemm ta' mala fede, mhux obligat irodd jew igib ghall-kompensazzjoni il-frottijiet tal-miljoramenti li hu ghandu jedd inehhi, jew li ghalihom ghandu jigi ndenizzat mis-sid, hlief kemm il-darba dan is-sid ikun irid jaghtieh l-imghaxijiet fuq il-kost ta' dawn il-miljoramenti. B'dawn l-imghaxijiet il-ligi manifestament tifhem l-imghaxijiet mill-gurnata li fiha tkun intefqet l-ispiza. Kwindi, il-possessur, avvolja ta' mala fede,mhux obligat irodd lis-sid il-frutti fuq il-benefikati li hu jkun ghamel bi spejjez tieghu, jekk is-sid ma jkunx offra li jhallas lil dak il-possessur l-imghaxijiet fuq l-ispiza li dan ikun ghamel f'dawk il-benefikati mill-gurnata li fiha huwa jkun nefaq dik l-ispiza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info