Referenza: Volum 72 (1988), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 9

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/1988
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
L-AVUKAT TONIO BORG ET vs IL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN U KULTURA U D-DIRETTUR TAL-MUZEWIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT FUNDAMENTALI TA' ENTI MORALI - DRITTIJIET FUNDAMENTALI, U RIMEDJU - ECCEZZJONI - GHOTI TA' - NULLITA` TA` - NUQQAS TA' DECIZJONI TA' DISKRIMINAZZJONI - PERSUNA FIZIKA - PROTEZZJONI MINN - SENTENZA
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti kienu talbu permess sabiex itellghu esibizzjoni dwar il-Moviment minnhom rapprezentatfil-Muzew ta' l-Arkeologija u dan gie lilhom irrifjutat. Ir-rikorrenti allegaw li dan kien diskriminatorju fil-konfront taghhom u li konsegwentement kienu intitolati ghar-rimedju. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili laqghet it-talba taghhom billi ddikjarat l-agir ta' l-intimati diskriminatorju fil-konfront tal-rikorrenti pero' ddecidiet li ma kien hemm l-ebda rimedju iehor li kellha tipprovdi. L-intimati appellaw in via principali waqt li r-rikorrenti appellaw incidentalment. Il-Qorti Kostituzzjonali cahdet l-appelli u kkonfermat. In-nuqqas ta' decizjoni ta' eccezzjonijiet fid-disposittiv tas-sentenza ma twassalx ghan-nullita' ta' l-istess meta tali decizjoni tkun tirrizulta b'mod car u univoku mill-korp stess tas-sentenza. L-intimat il-Ministru responsabbli kien eccepixxa l-illegittimita' tal-persuna tieghu fil-kawza. Dwar dan il-Qorti ddecidiet li l-Ministru responsabbli kien persunalegittima biex toqghod f'gudizzju ta' din ix-xorta u dan billi d-decizjoni li ma ssirx il-wirja proposta mir-rikorrenti kienet tiddependi minnu. Inoltre l-intimati wkoll kienu eccepew li r-rikorrenti ma kellhomx id-dritt fundamentali li kienu qeghdin jivvantaw bhala ghaqda, imma biss fil-persuni individwali taghhom. Din l-eccezzjoni wkoll giet michuda. Id-dritt ta' protezzjoni kontra diskriminazzjoni jattalja ruhu ma' persuna fizika kif ukoll ma' ghaqda li taghha dik il-persuna fizika tifforma parti. Fil-mertu l-Qorti sabet li kien hemm diskriminazzjoni ghad-dannu tar-rikorrenti billi dawn ma kinux inghataw permess jaghmlu l-wirja suggerita meta entitajiet politici ohra nghataw tali permess. Inoltre rrizulta li ma kienx hemm gustifikazzjoni fil-fatti ghal cahda ta' tali permess. Dwar l-appell incidentali interpost mir-rikorrenti dwar in-nuqqas ta' ghoti lilhom ta' rimedju, il-Qorti cahdet dan l-appell billi rriteniet li ma kellhiex fic-cirkostanzi tal-kaz tiddisturba l-gudizzjuta' l-ewwel Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni