Reference: 1658/1985/1

Judgement Details


Date
23/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
ARRIGO NOEL V.
Parties
GANADO DR MAX JOSEPH NOE vs SCIBERRAS DR PHILIP NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AGENT LOKALI - ARMATUR TA` VAPUR - DANNI, EX CONTRACTU - DANNI, EX DELICTO VEL QUASI DELICTO - DANNI, PRESKRIZZJONI - FRAZI COP/COP - FRAZI FIOS - GURISDIZZJONI - MORA, NUQQAS TA` FTEHIM DWAR ZMIEN META GHANDHA TITWETTAQ OBBLIGAZZJONI - OPERATUR TA` VAPUR
Summary
Huwa principju pacifiku stabbilit b'gurisprudenza estensiva illi d-danni li jikkontempla l-Artikolu2153 tal-Kodici Civili huma dawk id-danni li jirrizulta per konsegwenza ta' 'damnum ex delicto vel quasi' u mhux ta' danni 'ex contractu'.

Fil-kawza odjerna, irrizulta car u manifest illi d-danni li qieghed jirreklama l-atur nomine huma danni 'ex contractu' u mhux 'ex delicto' ghaliex l-azzjoni kif proposta mill-attur nomine hija effettivament ibbazata fuq allegata inadempjenza kontrattwali da parti tal-konvenut nomine u l-attur nomine qieghed jitlob rizarciment ghad-danni minnu sofferti per konsegwenza tal-allegata inadempjenza kontrattwali da parti tal-konvenut nomine. Ghaldaqstant, il-preskrizzjoni applikabbli ghall-kaz odjern hija dik kwinkwennali stabbilita ai termini tal-artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili u mhux dik biennali stabbilita ai termini tal-artikolu 2153 tal-Kodici Civili u kwindi l-ewwel eccezzjoni sollevata mill-konvenut nomine qieghda tigi respinta.

Huwa principju baziku fil-kamp tal-ligi marittima illi l-vapur huwa rapprezentat mill-kaptan jew mill-armaturi jew l-agenti tal-armaturi, u ghaldaqstant il-Qorti hija kompetenti biex tisma' u tiddeciedidwar it-talbiet attrici anke fil-konfront ta` agent lokali ta' armaturi jew operaturi esteri.

Il-Frazi COP/COP tfisser 'custom of the port', kemm 'loading' u 'unloading ports'. Il-frazi FIOS tfisser 'free in and out, stowed'.

Il-frazi FIOS ghalhekk tfisser illi l-vapur m'ghandux l-obligu li jhallas l-ispejjez tal-'loading' u 'unloading' tal-merkanzija u dawn jithallsu mix-'shipper';ir-rata ta' noll li tkun thallset ma tinkludix l-ispejjez tal-'loading' u 'unloading'.

L-Artikolu 1130(2) tal-Kodici Civili illi jiddisponi li "jekk fil-ftehim ma jkun gie stabbilit ebda zmienid-debitur jew il-werriet tieghu ma jigix imqieghed in mora hlief wara li jigi msejjah b'att gudizzjarju".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info