Reference: 44/2009/1

Judgement Details


Date
26/04/2013
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
SCHEMBRI CONCETTA vs DIRETTUR TAD-DIPARTMENT OF CITIZEN SHIP AND EXPATRIATE AFFA
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:80542
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
VISA
Summary
Dan kien kaz li jirrigwardja cittadina Maltija li izzewget persuna barranija bl-iskop li l-istess barrani jakkwista visa ghal Malta. Ma irrizultax li kienet stabbilita ebda hajja familjari. Il-Qorti irrimarkat li l-iStat ghandu dritt jezercita kontroll fuq id-dhul fit-territorju tieghu ta' persuni li ma humiex cittadini tieghu u fuq id-dritt taghhom ta' residenza fl-istess territorju. Id-decizjonjiet tal-iStat f'dan il-qasam, izda, ma humiex illimitati safejn jistghu jinterferixxu ma xi dritt imhares bil-paragrafu 1 tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni peress li tali decizjonijiet iridu jkunu konformi mal-ligi u jkunu mehtiega f'socjeta` demokratika, u cioe` gustifikati b'xi esigenza socjali pressanti u proporzjonati mal-ghan legittimu persegwit. Fejn ikun il-kaz il-Qorti tkun trid tezamina jekk ir-rifjut tal-permess ta' residenza tal-applikant kienx izomm il-bilanc xieraq bejn l-interessi relevanti, u cioe` id-dritt ghar-rispett tal-hajja familjari tal-applikant fuq naha u l-prevenzjoni ta' dizordni jew il-kommissjoni ta' delitti fuq l-ohra.


L-Artikolu 8 jhares id-dritt ghalrispett tal-hajja familjari u b'hekk jippresupponi l-ezistenza ta' hajja familjari. Ifisser xi jfisser il-kuncett ta' familja dan gie ritenut li certament jinkludi dik ir-relazzjoni li titwieled minnzwieg li jkun skont il-ligi u genwin u li normalment jikkomprendi l-ko-abitazzjoni. Inoltre, il-kuncett ta' “hajja familjari” fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni gie ritenut li ma hux ristrett biss ghal relazzjonijiet bbazati fuq iz-zwieg mentri jista' jabbraccja rabtiet “familjari” de facto bhar-relazzjonjiet bejn missier naturali u l-wild barra z-zwieg. Barra minn hekk l-Artikolu 8 jhares mhux bissil-“hajja familjari” gia stabbilita izda fic-cirkostanzi idoneji jestendi l-harsien tieghu wkoll ghal dik ir-relazzjoni potenzjali li tista' eventwalment tizviluppa bejn il-missier naturali u l-wildbarra z-zwieg. Fatturi relevanti f'dan ir-rigward huma n-natura tar-relazzjoni bejn il-genituri naturali u l-interess u l-impenn tal-genitur naturali lejn il-wild kemm qabel kif ukoll wara t-twelid.Fattur relevanti iehor huwa jekk il-persuna tkunx ikkontrattat iz-zwieg, anki jekk mhux wiehed manifestament ta' konvenjenza, meta kienet taf bil-prekarjeta` tas-sitwazzjoni mill-perspettiva ta' immigrazzjoni; f'dan il-kaz gie ritenut li x'aktarx ikun biss f'cirkostanzi mill-aktar eccezzjonali li t-tnehhija tan-non-cittadin tigi ritenuta li tivvjola l-Artikolu 8.
Ghalkemm il-ko-abitazzjoni tista' jkun rekwizit ta' relazzjoni familjari jista' jkun hemm fatturi ohra li jservu sabiex juru li certu relazzjoni ghandha permanenza sufficjenti sabiex tiggenera rabtiet familjari de facto bhal, fil-kaz ta' relazzjoni bejn genituri u ulied, in-natura u d-durata tar-relazzjoni bejn il-genituri, jekkil-persuni koncernati kienux ppjanaw li jkollhom ulied, jekk il-missier irrikonoxxiex il-wild bhalatieghu u, fost ohrajn, ir-regolarita` tal-kuntatt. Fic-cirkostanzi il-Qorti cahdet it-talba.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info