eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 931/2000/1
Download
Judgement Details
Date
20/06/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MIFSUD MARIO PRO ET NOE vs PACE ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
MIFSUD MARIO PRO ET NOE vs PACE ROBERT - 931/2000/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
DANNI, GHAMLIET TA` DANNI RIZARCIBBLI - DANNI, KONSIDERAZZJONIJIET SABIEX JIGU LIKWIDATI - DANNI, LOCUS STANDI TAL-WERRIETA TA` PERSUNA LI TKUN MIETET F`INCIDENT - DANNI, MULTIPLIER
Summary
Meta f'kaz ta' mewt l-atturi qraba tal-vittma jfittxu ghall-kumpens tal-hsara mgarrba bhala werrieta, jkunu qeghdin jaghmlu dan ghaliex dahlu fil-libsa legali tal-vittma, u mhux fuq basi ta' dipendenza u ghalhekk jisthoqqilhom jippretendu li jircievu dak li kien ikun jisthoqq lill-qarib taghhom, kif tghid il-ligi nnifisha, kieku f'dak l-incident ma mietx imma garrab griehi li jkunu hallewh ghal kollox inkapaci.
Id-dritt ta' risarciment ta' l-werrieta ta' vittma li titlef hajjitha f'incident huwa jedd patrimonjali li jintiret bhall-jeddijiet l-ohrajn, li m'ghandux jinbidel semplicement ghax ikun ghadda f'idejn is-successur. Argument daqstant siewi li jinstilet minn dan kien li majaghmilx sens li bniedem jigi obbligat li jhallas lill-werrieta tal-vittma tal-imgiba tieghu ammontinqas ghax il-vittma mietet milli kien ikollu jhallas lill-vittma kieku baqghet hajja.
Il-Ligi tikkontempla erba' ghamliet ta' danni li ghandhom jigu risarciti - jigifieri: (i) it-telf attwali mgarrab mill-vittma; (ii) spejjez minfuqin minnu; (iii) telf ta' paga jew qliegh attwali u (iv)telf ta' qliegh ghall-gejjieni;
Il-vittma jista' jinghata kumpens ghat-telf ta' qligh fil-gejjieni ukoll jekk ma jintalab jew ma jista' jinghata l- ebda kumpens ghal telf ta' qliegh attwali, billi t-telf ta' qliegh attwali mhux kondizzjoni biex jista' jinghata kumpens ghal telf ta' qliegh fil-gejjieni;
Billi l-kumpens huwa moghti lill-qraba bhala werrieta u mhux bhala dipendenti, il-grad ta' dipendenza mhux kondizzjoni biex jinghata l-kumpens, ghalkemm jista' jittiehed b'qies metajigi biex jinhadem l-ammont ta' kumpens dovut.
B'effett ta' dan, mhux mehtieg li jigi ppruvat li l-vittma kien jaqla' l-flus u/jew li kien jaghti sehem jew jghajjex bihom lil dawk li wirtuh.Anzi, lanqas id-dipendenza futura m'hija, fil-ligi taghna, prekundizzjoni u fattur essenzjali ghall-ghoti ta' kumpens.
Xorta l-fatt li l-Qorti jkollha twettaq esercizzju ta' diskrezzjoni metatqis l-elementi kollha li jsawru l-kaz dwar x'seta' jigri fil-gejjieni.
Barra minn hekk jidher accettat li l-kumpens ikun dovut ukoll fejn l-imgarrab ikun zamm id-dhul tieghu jew sahansitra ziedu, imma, minhabba l-hsara li garrab, ikun naqqas jew tilef ghal parti l-kbira l-possibilita' li jzid id-dhul tieghu b'inizjattiva personali.
Il-Qorti hija marbuta li taghti l-oghla ghadd ta' snin bhala multiplier jekk kemm-il darba jirrisulta li ma jkunx hemm raguni ghaliex wiehed ghandu ghax jiddubita li l-imgarrab ma kienx se jissokta jahdem is-snin kollha ta' xoghol sakemm jirtira bil-pensjoni.
Il-Qorti qieset li l-multiplier kellu jigi stabilit fuq il-bazi principali tal-eta`tal-vittma u tal-hajja lavorattiva tieghu. Barra minn hekk kellhom jittiehdu in konsiderazzjoni ghadd ta' cirkostanzi imprevedibbli li setghu laqtu lill-vittma fil-gejjieni: fost dawn wiehed isemmi t-tul ta' zmien li kien jibqa' haj; il-fatt li seta' tkecca mill-impieg; il-fatt li seta' zzewweg ufforma familja u jkollu l-ulied (f'liema kaz l-atturi ma kienx ikollhom jedd ghall-eredita'); il-fatt li seta' garrab incident bhal dak li kien involut fih; il-fattur li l-paga tieghu kienet tizdiedfuq medda ta' snin; u cirkostanzi ohrajn bhal dawn li, ghalhekk, il-Qorti tqis li jaghmel tajjeb ghalihom il- multiplier addottat.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It