Reference: 50/2009

Judgement Details


Date
01/12/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GRECH SANT ANTHONY JOHN vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 14 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - ARTIKOLU 22 TAL KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 6 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - DISKRIMINAZZJONI
Summary
B'din l-azzjoni r-rikorrent jghid li garrab ksur tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni marbut mal-artikolu6 taghha, ghaliex fil-piena li nghata b'sentenza tal-Qrati ta' gurisdizzjoni kriminali ma ttehidx kont taz-zmien li huwa nzamm taht arrest f'daru huma u ghaddejjin il-proceduri kriminali mibdijin kontrih. Huwa jghid li l-artikolu 22 tal-Kodici Kriminali johloq diskriminazzjoni bejn min jinzamm arrestat b'mod preventiv fil-habs u min jinghata l-helsien mill-arrest taht kundizzjoni li jibqa' d-dar(jew li johrog f'hinijiet ristretti), ghaliex lil tal-ewwel dak iz-zmien jitqisilhom meta jinghatawpiena, filwaqt lil tat-tieni dan ma jigrix. Qieghed jitlob li, dwar il-piena li nghata, jingharaf li garrab dan il-ksur tal-jedd fundamentali tieghu u li jinghata rimedju effettiv (jekk mehtieg bit-tnaqqis tal-piena karcerarja moghtija lilu) minhabba l-ksur minnu lmentat.

L-artikolu 22 (1) tal-Kodici Kriminali jirreferi ghal “kull zmien qabel id-dikjarazzjoni ta' htija u l-kundanna li tulu l-ikkundannat ikun inzamm fil-habs ghar-reat jew reati li tieghu jew taghhom huwa jkun gie hekk misjub hati u ikkundannat”. L-ilment tar-rikorrent hu li, minn dan il-kliem tal-ligi, l-ebda qies majittiehed ghal tnaqqis fl-ghoti ta' piena ghaz-zmien li dwaru persuna tkun gawdiet mil-liberta' provvizorja, ukoll jekk dik il-liberta' kienet torbot lill-akkuzat li ma johrogx minn daru jew li jaghmel hekk biss taht certi kundizzjonijiet.

Fil-kaz taghna, dan mhux regolat bil-ligi u huwa semplicement “kundizzjoni” tal-“bail”. Pero`, kif tajjeb josserva l-appellant, ghalkemm semplici kondizzjoni tal-“bail”, jibqa' xorta wahda forma ta' arrest b'tali mod li jrid ikun gustifikat daqs li kieku l-persuna in kwistjoni ghadha qed tinzamm il-Habs ta' Kordin jew f'xi post iehor dezinjat bhala “habs” skond il-ligi.”

Hija l-fehma tal-Qorti li, f'dak li ghandu x'jaqsam ma' procedura ta' xejra kriminali, l-kuncett ta' “smigh xieraq” misjub fl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni jolqot firxa wiesgha ta' fazijiet procedurali marbutin mal-process penali.

Il-Qorti tasal ghall-fehma li l-kwestjoni tal-implimentazzjoni jew it-thaddim tal-piena moghtija f'process kriminali li jkun intemm m'hijiex wahda li ghaliha jghodd l-artikolu 6, imqar jekk kull wahda mid-dispozizzjonijiet tieghu titqies awtonoma jew maqtugha l-wahda mill-ohra. Ghaldaqstant, safejn l-azzjoni tar-rikorrent tinbena fuqxi allegat ksur tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni, din il-Qorti ma ssibx li t-talbiet tieghu huma misthoqqa u ghalhekk m'hijiex sejra tilqaghhom.

Ir-rikorrent jibni l-azzjoni tieghu wkoll fuq l-ilment ta' ksur tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni. Fl-artikolu 14, il-Konvenzjoni trid li t-tgawdija tad-drittijiet u tal-libertajiet kontemplati fiha tkun assigurata bla diskriminazzjoni ghal kull raguni bhalma huma s-sess, razza, kulur, lingwa, religjon, opinjoni politika jew opinjoni ohra, origini nazzjonali jew socjali, assocjazzjoni ma' minoranza nazzjonali, proprjeta', twelid jew status iehor.

Biex tara jekk kienx hemm diskriminazzjoni bi ksur ta' dak li jrid l-artikolu 14 tal-Konvenzjoni, il-Qorti trid tara jekk (1) kienx hemm differenza fil-mod kif persuni differenti thallew igawdu l-jeddijiet imharsa taht il-Konvenzjoni, (2) din id-differenza fit-trattament kinitx bejn persunili s-sitwazzjoni taghhom kienet tixxiebah, (3) din id-differenza kinitx bil-hsieb li jintlahaq ghanlegittimu; u (4) kienx hemm proporzjonalita' bejn id-differenza fit-trattament u l-ghan li ried jintlahaq permezz ta' dik id-differenza, jew kienx mehtieg li jkun hemm dik id-differenza biex jintlahaq dak il-ghan. Huwa importanti, ghalhekk, li l-paragun isir bejn persuni li huma placed in analogous situations.

F'kazi ta' allegata diskriminazzjoni, jaqa' fuq il-persuna li tallegaha l-piz li jipprova kemm l-ezistenza ta' “tikketta” li minhabba fiha nghata trattament differenti, u kif ukoll li kienet tassew tali “tikketta” li nisslet dak it-trattament differenti.

Fil-kaz tar-rikorrent l-istharrig ta' dan l-ilment jehtieglu juri li t-“trattament” li ma nghatalux tassew gabu f'qaghda aghar minn haddiehor li kien fl-istess ilma tieghu. Il-Qorti tqis li mhux biss ir-rikorrent maweriex li l-artikolu 22 tal-Kodici Kriminali ibbenefikat minnu xi persuna ohra li kienet inghatat il-helsien mill-arrest preventiv u nzammet taht “house arrest”, izda lanqas wera kif il-Qorti tista' tqis li persuna mizmuma fil-habs trid titqies fl-istess ilma bhal persuna li, fuq talba taghha stess,tkun inghatat il-helsien mill-arrest preventiv u kif dawn iz-zewg qaghdiet differenti jmisshom jitqiesu f'keffa wahda. Fil-fehma tal-Qorti, il-fatt li jista' jitqies li min ikun inghata l-“house arrest” kif ordinarjament mifhum huwa b'xi mod jew iehor meqjus li ghadu arrestat, ma jwassalx lil minikun inghata l-helsien mill-arrest preventiv fl-istess kundizzjoni fizika ta' min it-talba tieghu ghall-helsien mill-arrest ma tkunx intlaqghet u jkun inzamm arrestat f'habs jew istituzzjoni li titqies bhala habs.

Ghaldaqstant din il-Qorti taqta' u tiddeciedi l-kawza billi tiddikjara li mantweriex li r-rikorrent garrab ksur tal-artikolu 6 u/jew tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni bil-mod kifinhu mfassal l-artikolu 22 tal-Kodici Kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info