Reference: 642/2004/1

Judgement Details


Date
12/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
POOL & SPA SUPPLIES LIMITED vs MAMO JOHN PROFESSUR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; HLAS GHAL XOGHOL TA BINI TA POOL
Summary
F'din il-kawza l-atturi qed jitolbu lill-Qorti tikkundanna lill-konvenuti jhallsu lis-socjeta attrici s-somma ta' LM1861.75 rapprezentanti din is-somma bilanc minn somma akbar dwar prezz ta' xoghol umaterjal maghmul fuq inkarigu taghhom stess fuq il-pool u sauna li jinsabu fil-fond taghhom, filwaqtli l-konvenuti qed jecepixxu li l-ammont mhuwiex dovut, ghaliex ma sarx skond is-sengha u l-arti uin oltre, ma gewx kompletati. In oltre, talbu sabiex din il-Qorti tikkundanna lis-socjeta tirrimedjad-difetti u tikkompleta x-xoghlijiet taht sorveljanza ta' perit nominat minnha, jew fin-nuqqas li jigu awtorizzati jghamlu dan ix-xoghol a spejjes tas-socjeta attrici.

L-Ewwel Qorti innominatlill-perit ekniku sabiex jigbor il-provi u jirrelata dwar il-kwisjoni teknika tax-xoghlijiet li saru. Mill-provi prodotti mill-partijiet jirrizulta ghas-sodisfazzjoni tal-perit tekniku li s-socjeta attrici ma hadmitx skond is-sengha u l-arti meta zebghet il-pool tal-konvenuti.

Is-socjeta attrici ssostni li jekk kien hemm xoghol hazin minn naha tas-socjeta attrici, dan kien minhabba d-direzzjoni hazina tal-Perit nominat mill-konvenuti. Minn naha taghhom, il-konvenuti jghidu li s-socjeta attrici hija responsabbli ghax-xoghol hazin li sar minhabba l-principju baziku f'materja ta' kuntratti t'appalt illi l-appaltatur ghandu jiggarantixxi l-bonta ta' xoghlu u jghati lill-appaltatur operasodisfacenti.

L-Ewwel Qorti kienet sodisfatta mill-provi prodotti li hija s-socjeta attrici li ghandha tinzamm responsabbli ghad-difetti li hemm fiz-zebgha tal-pool tal-konvenuti u ghalhekk ghandha tirrispondi ghall-hsarat sofferi mill-istess konvenuti. Ghaldaqstant din il-Qorti taqta u tiddeciedi din il-kawza billi fir-rigward tat-talba principali kontenut fl-avviz promoss mis-socjeta attrici tikkundanna lill-istess konvenuti konjugi Mamo jhallsu €1890.87c.Ghar-rigward tal-kontro-talba,il-Qorti tikkundanna lis-socjeta attrici thallas lill-konjugi Mamo s-somma ta' €2,445.84 bhala dannighall-hsarat sofferti minnhom minhabba li ma sarx xoghol skond ma titlob is-sengha w l-arti fil-konfront taghhom mis-socjeta attrici.

Bl-appell taghha minn din id-decizjoni s-socjeta` attricitalbet il-varjazzjoni taghha in kwantu ghat-talba principali minnha dedotta bl-Avviz u ghar-revoka ta' dik il-parti tas-sentenza relattiva ghal kontro-talba.

Din il-Qorti ta'l-Appell timmodifika s-sentenza appellata billi thassar u tirrevoka dik il-parti taghha li biha kkundannat lis-socjeta` attrici ghad-danni versu l-konvenuti. Mill-kumplament l-istess sentenza qeghda tigi ikkonfermata, b'dan li tirrizerva si et quatenus favur il-konvenuti appellati kull dritt ta' azzjoni ghad-dannililhom spettanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info