eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 49/2006
Download
Judgement Details
Date
27/11/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BRIFFA ANDREW ET vs KUMMISSARJU TA' L-ART ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
BRIFFA ANDREW ET vs KUMMISSARJU TA' L-ART ET - 49/2006 - CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-GVERN MA JUZAX IL-PROPRJETA` ESPROPRJATA
Summary
Il-kaz in ezami huwa wiehed fejn il-proprjeta' giet milquta minn dikjarazzjoni ta' esproprijazzjonimill-Gvern ghal skop pubbliku, imma fejn ma ittehidtx il-pussess tal-istess art u fejn il-process ta' esproprjazzjoni ma giex finalizzat ghaliex il-kuntratt finali ghadu ma sarx tant li ghadhom pendenti proceduri f'dan is-sens u sabiex jigi llikwidat il-kumpens.
Din il-kawza saret sabiex jigiddikjarat li l-esproprjazzjoni ta' bicca art ladarba ma saritx ghal skop pubbliku din tikser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti skond l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 1 tal-EwwelProtokoll tal-Konvenzjoni Ewropea u ta' l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 6 (1) tal-EwwelProtokoll tal-Konvenzjoni, u b'hekk tiddikjara li d-dikjarazzjoni tal-Gvernatur General tat-13 ta'Frar 1969 ma ghandha ebda effett legali u sabiex konsegwentement din il-Qorti taghmel dawk id-dikjarazzjonijiet u taghti dawk ir-rimedji necessarji sabiex tizgura t-twettiq tad-drittijiet fundamentalital-bniedem.
Il-Qorti thoss li ghalkemm is-setgha tal-Istat li jesproprja proprjeta' ta' individwi hija mehtiega f'socjeta' demokratika biex jassiguraw l-attwazzjoni ta' zvilupp socjali u ekonomiku fl-interess tal-kollettivita' u dan huwa rikonoxxut anke fl-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni, izda dan id-dritt ma' huwiex assolut u insindakabbli, izda kellu jigi ezercitat strettament fil-limiti stabbiliti mhux biss mill-ligi li tawtorizza l-esproprju, izda wkoll fl-osservanza shiha tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni, u f'dan il-kuntest l-operat ta' l-Istat huwa suggett ghall-verifika mill-organi gudizzjarji.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti u tiddikjara li l-esproprjazzjoni tas-sit fil-kawza, proprjeta` tal-esponent, tilledi d-drittijiet fundamentali taghhom u senjatament bl-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u bl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni, kif ukoll bl-Artikolu 39 (2) tal-Kostituzzjoni u bl-Artikolu 6 (1) tal-Konvenzjoni, billi ma saritx ghal skop pubbliku. L-istess Qorti tordna li l-istess sit u art mertu ta' din il-kawza ghandhom jigu kkunsidrati bhala rilaxxati ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi favur l-istess rikorrenti u tiddikjara li kull procedura li ttiehdet kontra r-rikorrenti dwar l-istess sit u art fil-konfront tal-imsemmija rikorrenti huma kollha nulli u bla effett.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It