Reference: 6/2007

Judgement Details


Date
27/11/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET vs CALLEJA FRANK ET
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
TGAWDIJA TA PROPRJETA U KUMPENS XIERAQ; ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI U ARTIKOLU 1 TA L-EWWEL PROTOKOL GHALL-KONVENZJONI EWROPEA
Summary
Il-vantazzjoni tal-intimati ndikati f'din ir-riferenza kostituzzjonali hija li hemm vjolazzjoni ta'l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u ta' l-Artikolu 1 ta' l-ewwel Protokoll ghall-Konvenzjoni Ewropejali jipprotegu d-dritt ghat-tgawdija tal-proprjeta' u b'mod partikolari id-dritt ghall- kumpens xieraq inkluz fl-imsemmija protezzjoni billi l-kumpens dikjarat ma jirriflettix il-kumpens xieraq u dovutizda huwa kumpens limitat bl-emenda introdotta bl-Att XVII tas-sena 2004 ghal proviso ta' l-Artikolu 25 tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Pubblici. Din il-Qorti hija marbuta sabiex tezamina biss it-termini tal-istess referenza kostituzzjonali.

Il-Qorti thoss li ppruvat li hemm ksur tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea. Jinghad ukoll li hemm ksur tal-Artikolu 37 tal-Kostituzzjonali ghaliex bl-imposizzjoni ta' l-istess emenda ma' hemmx kumpens xieraq skond il-Kostituzzjoni. Skond il-Qorti, l-emenda introdotta bl-Att XVII tal-2004, li tat effett ghall- proviso tal-Artikolu 25 tal-Kap 88 u li giet applikata retroattivament ghall-kaz in ezami, timporta ksur tad-drittijiet tal-intimati skond l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u tal-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokollghall-Konvenzjoni Ewropea u ghalhekk l-istess proviso ma ghandux jigi applikat ghall-kaz in ezami uminflok ghandhom jigu applikati l-istess regoli tal-Kap 88 li kienu in vigore qabel ma saru l-istessemendi.

Il-Qorti hi tal-fehma li fil-kaz in ezami, kien hemm ksur tas-smigh xieraq bi ksur tal-Artikolu 6 tal-Kap 319 peress li l-emenda kellha effett fuq l-ezitu tal-kawza ghaliex impediet lill-Bord milli jiffissa kumpens skond l-prezz tas-suq ta l-istess proprjeta' kif stabbilit mill-membri teknici u fil-fatt introduciet limitu ghall-istess, b'dan li l-effett fuq il-kumpens pagabbli lill-intimati kien wiehed sostanzjali u ma kien hemm ebda “compelling ground of general interest” li jiggustifika l-emenda u l-applikazzjoni taghha fil-kaz odjern.

Din il-Qorti, taqta' u tiddeciedi, billi tilqa' t-talba tal-intimati u tiddikjara illi bl-applikazzjoni ta' l-emenda introdotta bl-Att XVII tas-sena 2004 ghal proviso ta' l-Artikolu 25 tal-Ordinanza dwar l-Akkwist tal-Artijiet ghalSkopijiet Pubblici ghall-kaz in ezami fid-decizjoni tal-Bord ta' l-Arbitragg dwar l-Artijiet tas-27ta' Marzu 2006 fil-kawza fl-ismijiet ‘Il-Kummissarju tal-Artijiet vs Frank Calleja” (Rikors 45/2006)gew lezi d-drittijiet fundamentali tal-intimati u senjatament l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u tal-Artikolu 1 ta' l-ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea li jipprotegu d-dritt ghat-tgawdija tal-proprjeta'. Ghaldaqstant l-istess decizjoni hija f'dan il-kuntest nulla u bla effett b'dan li l-kumpens illi ghandu jigi stabbilit a favur l-intimati minhabba l-esproprjazzjoni tal-proprjeta' taghhom ghandu jsir skond Kap 88 tal-Ligijiet ta' Malta kif kien qabel ma' dahlet in vigore l-emenda introdotta bl-Att XVII tas-sena 2004 u konsegwentement tordna lir-Registratur jghaddi lura l-atti lill-Onorabbli Qorti tal-Appell sabiex l-istess taderixxi ruhha ma' din id-decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info