Reference: 10/2003/2

Judgement Details


Date
31/10/2008
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MALLIA TONIO, SCIBERRAS PHILIP, AZZOPARDI JOSEPH
Parties
ELLUL SULLIVAN ANDREW ET vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 77 TAL ORDINANZA TAD DWANA - RITRATTAZZJONI - SMIGH XIERAQ
Summary
Dawn huma proceduri ta' ritrattazzjoni li min-natura taghhom jipprovdu rimedju eccezzjonali fejn kawza tigi ezaminata ghat-tielet darba bi skop li l-Qorti ta' revizjoni tara sarux zbalji fil-kors tas-smigh taghha. Mhux kompitu ta' Qorti hekk adita li terga' tezamina l-meritu tal-kaz, li f'cirkustanzi bhal ta' llum, ikun gia` gie ezaminat minn zewg qrati differenti, izda biex tara jekk l-istess meritu kienx gie ezaminat u trattat kif jixraq mill-qrati kompetenti. Minn dan titnissel il-konsegwenza li r-regoli ta' dan l-istitut huma ta' interpretazzjoni strettissima. Diversament, taht il-pretest tar-ritrattazzjoni, il-litigant sokkombent ikun jista' jerga' jiftah il-kawza u b'hekk indirettament johloq ghalih tribunal tat-tielet istanza li mhux permess mil-ligi.

F'dawn il-proceduri ir-rikorrent allega li l-process kriminali li ttiehed fil-konfront tieghu kien nieqes minn dawk l-elementi li jiggarantixxu smigh xieraq. F'din il-kompetenza, kif tajjeb osservat il-Prim Awla tal-Qorti Civili, il-kompitu tal-Qorti huwa “biex tqis jekk il-procediment li minnu tressaq ilment ta' nuqqas ta' smigh xieraq kienx tassew wiehed imparzjali u skond il-ligi”.

Fil-kaz in ezami r-rikorrent gie akkuzat fost affarijiet ohra, li naqas li jhallas id-dazju fuq merkanzija li importat il-kumpanija li taghha huwa wiehed mid-diretturi; hu ikkontesta l-akkuzi billi allega li dak id-dazju kienfil-fatt thallas. Issa, fit-terminu tal-Artikolu 77 tal-Ordinanza tad-Dwana meta tqum kwistjoni simili “il-prova tieghu (cioe`, tal-hlas) tmiss ... ... lill-imputat li kontra tieghu jsir dak il-procediment”. Ir-rikorrent jallega li hu ghamel din il-prova relattiva bl-esebizzjoni tal-kotba tan-negozju tieghu u kellu, ghalhekk, jigi liberat. Il-Qorti tal-Appell Kriminali osservat li mill-provi mressqa, ma kienetx perswaza li gie ppruvat il-hlas u ghalhekk, ghaddiet ghall-kundanna relattiva.

Din il-Qorti, fis-sentenza impunjata, ma dahlitx fil-kwistjoni - ghax ma kienx kompitu taghha -jekk il-prova li ressaq ir-rikorrent kenitx jew le bizzejjed biex tiskulpah. Osservat li l-obbligutal-prova tal-hlas kien mixhut fuq l-imputat u sta ghall-Qorti Kriminali li tezamina l-veracita` ul-valur tal-prova mressqa.


Jekk l-izball akkampat bhala motiv ghar-ritrattazzjoni kien punt ta' kontestazzjoni li gie maqtugh bid-decizjoni impunjata mhix ammessa r-ritrattazzjoni fuq il-motiv ta' dak l-izball u l-apprezzament u interpretazzjoni tal-fatti mhumiex sindakabbli u ma jaghtuxlok ghar-rimedju legali tar-ritrattazzjoni.

F'dan il-kaz il-kwistjoni tal-hlas kien diskussfid-dettal mill-qrati kriminali, u dan fil-kuntest tal-kotba tal-kummerc li gew ipprezentati u proviohra, u kien fid-dawl tal-analizi li ghamlet ta' din il-kumplessita` tal-provi li l-Qorti tal-Appell Kriminali waslet ghall-konkluzjoni ili r-rikorrent ma kienx ghamel il-prova tal-hlas. Il-kwistjoni tal-allegat hlas o meno tad-dazju kienet, ghalhekk, kwistjoni li giet dibattuta u deciza mill-Qorti, u a bazi tas-sentenza wiehed ma jistax jattribwixxi lill-Qorti li hi ma ratx l-atti kollha.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mir-rikors ta' Carmelo sive Charlie Ellul Sullivan, billi tichad it-talba tieghu ghat-thassir tas-sentenza ta' din il-Qorti tat-18 ta' Gunju 2008, u konsegwentement tichad ukoll it-talba tieghu ghas-smigh mill-gdid tal-meritu tal-istess kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info