eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 17/2002/1
Download
Judgement Details
Date
20/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
FRENDO RANDON DR.RENE' ET vs KUMMISSARJU TA' L-ART ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
FRENDO RANDON DR.RENE' ET vs KUMMISSARJU TA' L-ART ET - 17/2002/1 - CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION), MALTA
Appealed Details
Appealed
Yes
Keywords / Summary
Keywords
ESPROPRJAZZJONI
Summary
Jirrizulta li b'dikjarazzjoni, il-Gvernatur-Generali ddikjara li zewg bicciet art fil-Kalafrana, Benghajsa limiti ta' Birzebbugia, li kienu proprjeta tar-rikorrenti, kienu mehtiega mill-awtoritajiet kompetenti ghal skop pubbliku u dana ai termini tal-provedimenti tal-Kapitolu 88 tal-Ligijiet ta' Malta. Gie dikjarat li l-istess zewg bicciet art kienu mehtiega ghal skopijiet pubblici u li l-akkwistrelattiv kellu jsir b'xiri assolut.
Ir-rikorrenti jitolbu li jigi dikjarat li gew lezi d-drittijiet fundamentali taghhom kif enunzjati fl-Artikolu 37 u 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u kif enunzjati ukoll fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali (Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta). Qed jitolbu ukoll li tigi dikjarata nulla u invalida fil-ligi l-operazzjoni tal-imsemmija dikjarazzjoni tal-Gvernatur-Generali u qed jitolbu li jigi mghoti lilhom kull rimedju xieraq u opportun.
Ir-rikorrenti jallegaw li huma sofrew diversi lezjonijiet tad-drittijiet fundamentali taghhom kif sanciti kemm fil-Kostituzzjoni kif ukoll fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, cioe' l-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta. Din is-sottomissjoni tar-rikorrenti mhux sostenibbli. Ma hemmx dubju li l-esproprjazzjoni in kwestjoni saret fl-interess pubbliku. L-artijiet esproprjati in parte huma inkluzi fil-progett tal-Port Hieles u l-Qorti m'ghandiex dubju li tali progett hu fl-interess pubbliku u fl-interess nazzjonali. Jekk hemmx jew le l-interess pubbliku hi kwestjoni li trid tigi esaminata u relatata mal-hin li saret l-imsemmija dikjarazzjoni. Fl-opinjoni tal-Qorti hu ovvju li fi zmien tad-dikjarazzjoni l-artijiet in kwestjoni ttiehdu ghal skop u fl-interess pubbliku.
Ir-rikorrenti jilmentaw ukoll minn nuqqas ta' dritt kompetenti lilhom li jaccedu quddiem awtorita' gudizzjarja. Il-Qorti ma tistax tifhem kif jista jinghad li, f'kazijiet ta' esproprjazzjoni ta' proprjeta, il-Kostituzzjoni ma tipproteggix id-dritt tas-sid esprorjat li jaccedi ghall-awtorita' gudizzjarja kompetenti.Skond l-intimati jekk issir xi emenda ghall-artikolu in kwestjoni, l-Kostituzzjoni tipprotegi taliemenda, izda fl-istess hin id-dritt per se li jinghata fl-istess artikolu mhux protett. Dan hu ghalkollox illogiku. Hu iktar logiku li l-artikolu in kwestjoni jigi interpretat fis-sens li d-dritt mghoti bl-Artikolu 37(1)(b) hu protett bil-Kostituzzjoni u l-provedimenti tal-istess Artikolu 47(9) mhux applikabbli ghall-imsemmi artikolu. Jirrizulta li kien hemm lezjoni tad-dritt tar-rikorrenti li jkollhom access ghall-awtorita' gudizzjarja kompetenti. Il-Qorti thoss li, f'dawn ic-cirkostanzi, l-ahjar rimedju li jista jinghata lir-rikorrenti hu li l-intimati jhallsu kumpens pekunjarju lill-istessrikorrenti.
Ilment iehor tar-rikorenti hu li ma giex assikurat lilhom smiegh xieraq fi zmien ragonevoli. Hawnhekk ir-referenza hi ghall-Arikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea. Biex jigi deciz jekk iz-zmien kienx ragjonevoli jew le, l-proceduri relattivi jridu jkunu gia decizi. Ghalhekk ir-rikorrenti jistghu jilmentaw kostituzzjonalment li kien hemm dewmien irragjonevoli fid-determinazzjoni tal-proceduri, wara li l-proceduri relattivi quddiem il-Bord kompetenti jigu decizi finalment.Dan l-ilment tar-rikorrenti ma jirrizultax pruvat u ghalhekk ma tirrizultax vjolazzjoni tal-imsemmija artikoli in kwestjoni.
Dwar l-ilment li jirrigwarda d-drittghal kumpens xieraq, ma jistax jinghad, f'dan ir-rigward, li b'xi mod gew lezi d-drittijiet fundamentali jekk in effett il-kumpens xieraq ghadu ma giex stabblilit mill-Bord kompetenti. Mhux kompitu ta' din il-Qorti li tghati pariri lill-Bord ta' kif ghandu jigi stabbilit il-kumpens. Dik id-decizjoni tispetta biss lill-Bord.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It