Reference: 4/2001/2

Judgement Details


Date
20/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
KUNSILL LOKALI KIRKOP vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITT GHAL RIKORS KOSTITUZZJONALI
Summary
Fir-rikors kostituzzjonali qed jigi allegat illi l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar mhux tribunal indipendenti u mparzjali minhabba l-mod kif inhu ffinanzjat.
Ir-rikorrenti qed jilmentaw ghalhekkli l-MEPA li qed tidher bhala parti quddiem il-Bord ta' l-Appell hi l-istess enti li tiffinanzja lill-istess Bord, kif ukoll li l-parti l-ohra li kienet spalla ma spalla mall-MEPA u cjoe il-MultigasLtd, kellha bhala perit l-istess Chairman tal-MEPA. Ghalhekk ir-rikorrenti jsostnu li ma jistghax jinghad li qatt setgha kien hemm dehera oggettiva li setghet issir gustizzja lill-Kunsill Lokali minndak il-Bord skond l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Skond l-Att X1V ta l-1987 (Kap 319) li dahhal fil-ligi taghna l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiettal-Bniedem, rikors kostituzzjonali taht dak il-Kap jista' jsir biss minn “any person, non-governmental organization or group of individuals”. Ghalhekk il-Qorti trid tiddeciedi jekk ir-rikorrenti jistghux jigu konsidrati bhala li huma “non-governmental organization or a group of individuals” a termini ta' l-istess ligi.

Fil-Kap 319 tal-Ligijiet taghna, fid-definizzjonijiet li l-Ligi taghti taht ‘Interpretation' ‘person' hi deskritta bhala li tinkludi ‘physical person, non-govermentalorganization or group of individuals'. Il-ligi taghna ttrasportat l-istess definizzjonili jaghti l-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni u taghmlu japplika taht il-ligi taghna. Dana wkoll japplika ghall- provvediment tal-kostituzzjoni taghha billi l-artikoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-kostituzzjoni (Artikolu minn 33 sa 45) huma bbazati fuq l-artikoli tal-Konvenzjoni Ewropeja u d-definizzjoni ta' ‘persuna' li hi stess taghti.

Skond il-gurisprudenza tal-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni li kien hemm qabel jidher car li l-kunsill lokali, bhal dak rikorrenti, lijircievi l-poter tieghu u l-finanzjament mill-Gvern, ma jistax jipprezenta applikazzjoni / rikors taht l-artikoli tal-Ligi taht l-Kap 310 kif jirrizulta mill-istess definizzjoni billi hu mhux “any person, non-govermental organization or group of individuals”.

Ghaldaqstant il-Qorti tiddeciedi billi r-rikorrenti m'ghandhux locus standi biex jipproponi dan ir-rikors u tichad it-talbiet tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info