Referenza: 28/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/10/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
DEBONO SULTANA RUTH ET vs DIPARTIMENT GHAL STANDARDS FIL-HARSIEN SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLI 8 U 14 TAL-KONVENZJONI EWROPEA GHALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U TAL-LIBERTAJIET FONDAMENTALI.
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti zzewgu wara li kienu ilhom flimkien madwar hames snin. Xtaqu jadottaw tarbija izda masetghux jibdew il-proceduri ta' adozzjoni billi l-ligi, dak iz-zmien, ma kinitx thalli illi mizzewgin jadottaw flimkien qabel ma jkunu ilhom mill-inqas hames snin mizzewga. Illum, wara bidla fil-ligi, iz-zmien tnaqqas ghal tliet snin.

F'din il-kawza r-rikorrenti qeghdin ifittxu rimedju ghall-harsien tal-jeddijiet fondamentali taghhom taht l-Artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali ghax ighidu illi dawk il-jeddijiet qeghdin jinkisru b'effett ta' l-Artikolu 114(1) u (2) tal-Kodici Civili.

Il-qorti taqta' l-kawza u tiddisponi mit-talbiet tar-rikorrenti u mill-eccezzjonijiet ta' l-intimati billi tghid illil-parti ta' l-Artikolu 114(2) tal-Kodici Civili li tghid illi koppja mizzewga ma tistax tadotta jekk mhux wara li l-mara u r-ragel ikunu ilhom mill-inqas tliet snin mizzewga u jghixu flimkien hija diskriminatorja kontra r-rikorrenti, bi ksur ta' l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali moqri flimkien ma' l-Artikolu 8 ta' l-istess Konvenzjoni. Tordna ghalhekk illi, f'kull procedura ghal adozzjoni maghmula mir-rikorrenti, l-Artikolu 114(2) jinqara bhallikieku flok il-kliem “li jkunu ilhom mizzewgin ghal zmien ta' mhux anqas minn tliet snin u jkunu jghixu flimkien” kien hemm il-kliem “li jkunu mizzewgin lil xulxin”.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni