Reference: 791/2000/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TAIPAN INTERNATIONAL LIMITED vs AGIUS ANGELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ZGUMBRAMENT
Summary
Illi f'din il-kawza, l-atturi qeghdin jitolbu li l-konvenut jigi zgumbrat minn art konsistenti f'parti minn ghalqa l-Imgarr, Malta. L-atturi qeghdin jallegaw li l-konvenut qieghed jokkupa din l-art minghajr titolu. Il-konvenut da parti tieghu jghid illi huwa ghandu titolu validu ta' sullokazzjoni fuq l-art mertu ta' dan il-kaz u konsegwentement li din il-Qorti kienet inkompetenti rationae materiae biex tiddeciedi dan il-kaz.

Il-konvenut talab ukoll li l-atturi jippruvaw it-titolu taghhom, haga li fil-fehma ta' l-Ewwel Qorti, huma rnexxielhom jaghmlu bl-esibizzjoni tal-kuntratt li permezz tieghu l-ahwa Bencini bieghu lill-istess socjeta attrici l-art mertu ta' dan il-kaz. Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti tiddikjara li l-konvenut ma ghandux titolu validu ghall-art konsistenti f'parti minn ghalqa go l-Imgarr, Malta u konsegwentement tipprefiggi terminu ta' xahar mid-data ta' meta dinis-sentenza giet definittiva sabiex il-konvenut jizgombra mill-istess.

L-aggravju tal-konvenut fil-kontestazzjoni ta' din is-sentenza hu fis-sens illi, kontrarjament ghal dak li gie ritenut mill-Ewwel Qorti, huwa ghandu titolu ta' sullokazzjoni.

Ghal dik li hi proposizzjoni ta' ligi,sullokazzjoni hu dak il-kuntratt li permezz tieghu l-konduttur f'rapport ta' inkwilinat jaghti lit-terz, ghal kollox jew in parti, it-tgawdija tal-haga lokata lilu versu l-hlas ta' korrispettiv. Fl-istruttura guridika tieghu dan il-kuntratt hu wiehed awtonomu minn dak tal-lokazzjoni proprja, ankejekk skond dak dispost fl-Artikolu 1613 tal-Kodici Civili, huwa intimament dipendenti mill-kuntrattbejn il-lokatur u l-kerrej.

Ghall-ezistenza tas-sullokazzjoni, id-determinazzjoni tal-korrispettiv jew ta' l-affitt huma elementi essenzjali tal-kuntratt li minghajru guridikament ma jezistix.Dan hu evidenti mid-definizzjoni li l-Kodici Civili jaghti lill-kuntratt tal-kiri fl-Artikolu 1526(1) ma' liema hu abbinat l-Artikolu 1613. Jekk, allura, “meta l-korrispettiv ma jkunx jikkonsisti fi flus, fi kwantita ta' derrati jew ta' sehem tal-frottijiet li l-haga tipproduci ma hemmx lokazzjoni”.

L-appellanti jikkontendi li hu kien ihallas dak il-korrispettiv lill-inkwilin Micallefu dan jaghmel lir-rapport guridiku intercedut bejnu u l-inkwilin bhala wiehed ta' sullokazzjoni. Din il-Qorti ta' l-Appell tistqarr li fuq il-valutazzjoni taghha tal-provi, ma ssib ebda raguni konvincenti biex tiddissenti mill-konkluzjoni tal-Qorti ta' l-Ewwel grad. Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza kontra l-konvenutappellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info