Summary
Quddiem il-Qorti Civili tal-Magistrati (Malta), l-atturi talbu sabiex il-konvenuti jigu kundannati sabiex:
(1) fi zmien qasir u perentorju jizgumbraw mill-hanut
(2) ihallsu in solidum lill-atturi Lm445.98 rappresentanti in kwantu ghal Lm354.20 dovuti bhala kumpens ghall-okkupazzjoni tal-istess fond.
Da parti taghhom, il-konvenuti eccepew bir-rispett is-segwenti eccezzjonijiet:-
1. Illi din il-Qorti mhix kompetenti biex tisma' u tiddeciedi dwar it-talba ta' l-atturi ghall-izgumbrament ta' l-eccipjenti, billi hu kompetenti l-Bord li Jirregola l-Kera.
2. Illi billi l-kirja nvoluta hi regolata bid-dispozizzjonijiet tal-Kap 69, ma sehhet l-ebda terminazzjoni valida skond il-ligi ta' l-istess kirja.
3. Illi l-eccipjenti Joan Bonnici ma pprestatx il-kunsens taghha ghall-att li permezz tieghu l-atturi jippretendu li giet terminata l-kirja.
4. Illi l-hlas pretiz mill-atturi bhala kumpens ghall-okkupazzjoni tal-fond jeccedi l-kera pagabbli a tenur tal-Kap 69.
L-atturi jsostnu li din il-kirja li tinvolvi fond kummercjali, hi regolata mhux mill-Kapitolu 69 tal-Ligijiet ta' Malta izda hu applikabbli ghal dan il-kaz l-Att numru XXXI tal-1995. Difatti skond danl-att intiz sabiex jemenda I-Ligijiet dwar il-Kiri ta' Djar',jinghad illi b'effett mill-1 ta' Gunju 1995 id-disposizzjonjijiet ta' qabel tal-Kapitolu 69 tal-Ligijiet ta' Malta ma ghandhomx japplikawghall-kiri ta' xi fond li jsir fl-imsemmija data jew wara l-istess data.
Tenut kont li l-ftehim in kwistjoni kien sar fid-19 ta' Lulju 1995, din il-kirja ma hiex regolata mill-istess kapitolu69 tal-Ligijiet ta' Malta u ghalhekk hi soggetta ghall-ligi ordinarja specifikatament il-Kodici Civili. In rigward il-hlas pretiz mill-atturi bhala kumpens ghall-okkupazzjoni kif hemm mitlub fl-avviz, ghandu jkun regolat mill-Kodici Civili u, jekk hu l-kaz, minn xi ligi ohra ordinarja appikabbli ghall-istess kaz izda mhux mill-Kapitolu 69 citat u ghalhekk ghandha tigi michuda kif proposta.
F`dan il-kaz, l-atturi, fil-fehma tal-Qorti Civili tal-Magistrati, ippruvaw illi l-konvenuti, tacitament izda b`mod car u evidenti, tat il-kunsens taghha ghal din it-terminazzjoni bl-agir taghha stess u billi ma ntavolat ebda azzjoni ad hoc a bazi tal-artikolu 1326 (1) ibid.
Ghaldaqstant, l-Qorti Civili tal-Magistrati laqghet t-talbiet attrici u (1) ddikjarat li l-lokazzjoni tal-fond in kwistjoni giet terminate, (2) kkundannat lill-konvenut sabiex jizgombraw mill-istess fond, (3) kkundannat lill-istess konvenuti sabiex jhallsu in solidum s-somma globali ta` Lm445.98, bl-imghaxlegali sad-data tal-pagament effettiv u bl-ispejjez inkluzi dawk ta` l-ittri.
Bl-appell taghhom l-konvenuti talbu r-revoka tas-sentenza bl-invit lil din il-Qorti tal-Appell li tilqa' l-ewwel ut-tieni eccezzjoni taghhom. L-obbjezzjoni ewlenija ta' l-appellanti hi hekk koncepita:-
(i) L-AttXXXI ta' l-1995, applikabbli ghal kirjiet ta' fondi b'effett mill-1 ta' Gunju, 1995, ma kienx jirregola c-cessjoni lilhom tad-drittijiet lokatizji tal-fond de quo;
(ii) Il-lokazzjoni, allura, baqghet soggetta ghad-disposizzjonijiet tal-ligi specjali kostitwita mill-Kapitolu 69, ossija l-Ordinanza dwar it-Tigdid tal-Kiri ta' Bini;
(iii) Ergo, u konsegwentement, it-talba ta' l-atturi ma setghetx tigi intavolata quddiem it-tribunal ordinarju.
Esposti dawn il-fatti, jinsab provvdut fl-Artikolu 46 (1) tal-Kapitolu 69 illi d-disposizzjonijiet ta' qabel ta' din l-Ordinanza ma ghandhomxikunu japplikaw ghall-kiri ta' xi fond li jsir fl-1 ta' Gunju, 1995 jew wara din id-data. Jissokta jigi pprecizat fis-subinciz (2) (a) tieghu illi l-frazi kiri' tinkludi kull kirja kif imfissra fil-paragrafi (a), (b) jew (c) ta' l-Artikolu 44 ta' din l-Ordinanza u tinkludi sullokazzjoni.
Oltre l-formalita` tal-kitba, ic-cessjoni ta' kirja tippartecipa minn dawn il-konsiderazzjonijiet:-
(1) In primis, ghal dak li jirrigwarda l-perfezzjonatament taghha, hu mehtieg il-partecipazzjoni tat-tliet soggetti interessati, ossija tac-cedent, ic-cessjonarju u l-lokatur. Proprju, bis-sahhata' din il-partecipazzjoni jinstawra ruhu rapport dirett bejn ic-cessjonarju, li jidhol minflok il-kerrej originarju, u l-lokatur. Hu proprju dan ir-rapport li jiddistingwi c-cessjoni mis-sullokazzjoni in kwantu dan ta' l-ahhar johloq kuntratt gdid ta' kiri li ghalih sid il-kera principali huwa totalment estraneju, u li huwa nettament distint mill-kuntratt originali tal-kirja principali, u ghalhekk quddiem sid-il-kera, is-subinkwilin huwa terza persuna.
(2) Fit-tieni lok, fic-cessjonil-haga tghaddi fic-cessjonarju bl-istess kundizzjonijiet kif tkun tinstab ghand ic-cedent. Ic-cessjoni ta' kuntratt ta' lokazzjoni ggib fis-sehh sitwazzjoni ta' successjoni b'titolu partikulari fir-rapport guridiku kontrattwali u, allura, is-sostituzzjoni ta' soggett gdid (ic-cessjonarju) fil-qaghda guridika attiva ta' parti kontraenti fil-kuntratt originarju.
Ma jistax jinghad illi l-kuntratt f'dan il-kaz holoq xi kirja gdida, u la dan huwa hekk, l-Att XXXI ta' l-1995 ma jiccentra xejnu l-kirja li rat il-bidu taghha fl-1989 la dahhlet fil-fazi tar-rilokazzjoni, tibqa' regolata mill-Ordinanza. L-Ewwel Qorti kienet zbaljata fl-impostazzjoni guridika li ghamlet bis-sentenza taghha uallura, purament minn din l-ottika, l-aggravju devolut hu teknikament, u sa hawn, gustifikat.
Maghdud dan, ma jfisserx lanqas li l-appellanti ghandhom ragun fis-sottomissjonijiet l-ohra taghhom. Certament, ma jistax ma jinghatax il-piz debitu lill-provi l-ohra processwali anke ghaliex dawnjimpingu, ghall-effetti taghhom, fuq dik ta' l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza propulsa mill-appellanti.
Id-disposizzjoni tal-ligi tal-kera li tiddikjara nulla kwalunkwe klawsola jew kondizzjonili biha l-inkwilin jigi privat mill-beneficcji li taghtih dik il-ligi, ma tistax tigi applikata fil-kaz li l-inkwilin stess jiddikjara li huwa jrid jinhall mil-lokazzjoni. Ghalhekk dak l-inkwilin majistax jinvoka dik id-disposizzjoni kontra l-lokatur li jaghmel talba biex jizgumbrah wara li tkun spiccat il-lokazzjoni.
Il-konduttur li jirrinunzja ghall-konduzzjoni tal-fond mikri ghandu jizvesti ruhu mill-kwalita ta' konduttur, u jsir detentur bla titolu; minn dak il-jum il quddiem, isir semplici okkupant. In definittiva, il-konsegwenza ta' din il-qaghda hi dik li l-konduttur jista' jigi zgumbrat mill-fond permezz ta' ordni moghtija mit-tribunali ordinarji.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell tichad l-appell lilha devolut.