Reference: 7/2002/2

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG NAZZARENO ET (APPELLANTI) vs THEUMA TERESA ET (APPELLATI)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-atturi qeghdin jitolbu li l-Qorti tordna li l-konvenuti jigu zgumbrati minn gewwa l-ambjenti li huma accessibbli minn gewwa l-fond proprjeta' ta' Carmela Theuma. Min-naha taghhom il-konvenuti jsostnu li l-konvenuta Tereza Theuma ghandha kirja li hi protetta taht il-Kap. 69.

L-atturi bbazawtalba taghhom fuq l-argument li l-kirja li saret lil Anthony Theuma, missier il-konvenuti, hi nullaghaliex “..kontra l-ligi sanitarja” minhabba l'fatt illi dawn l-ambjenti ma ghandhomx toilet”. Il-kwistjoni dwar il-validita tal-kirja ghaliex qeghdin isostnu li l-ambjenti ma jinklludux loki, hi regolata mill-Artikolu 106 tal-Ligijiet tal-Pulizija (Kap. 10). Fejn fond jinkera ghall-uzu bhala abitazzjoni u ma jkollux loki, dan il-fatt wahdu ma jwassalx ghan-nullita' tal-ftehim u wisq inqas ma jaghti lis-sid xi jedd li jkecci lill-inkwilin hlief fejn jinhareg certifikat mis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika li fih jiccertifika “illi l-fond ma jistax jigi provdut b'loki jew jigi maghmul tajjeb ghall-abitazzjoni”. Certifikat li ma tressqitx prova li nhareg f'dan il-kaz.

Skond l-Ordinanzali Tirregola t-Tigdid tal-Kiri (Kap. 69), fond tfisser bini. Il-Bord Li Jirregola l-Kera jiddikjarali l-ambjenti mertu ta' din il-kawza jikkwalifikaw bhala residenza “biex persuna jikkwalifika taht dan il-Kap (cjoe' Kap. 69) u jkollu l-protezzjoni tal-istess ligi”. Fil-kaz ta' dar ta' abitazzjoni kerrej tfisser, fejn l-inkwilin ma jhallix warajh armla jew armel, “dawk il-membri tal-familja tal-kerrej li jkunu joqghodu mieghu fi zmien tal-mewt tieghu”. Dan ifisser li fil-kaz ta' dar ta' abitazzjoni anke min m'huwiex werriet ghandu l-jedd ghall-protezzjoni taht il-Kap. 69 diment li hu membru tal-familja tal-inkwilin u joqghod mieghu fi zmien tal-mewt tal-kerrej. Il-konvenuta Tereza Theuma tikkwalifika bhala membru tal-familja ta' Anthony Theuma ghaliex it-tifla tieghu. Il-provi li ressqu l-atturi m'humiex tali li jikkonvincu lill-Qorti li dawn l-ambjenti ma kienux jintuzaw bhala parti mill-post fejn kien ighix l-inkwilin Anthony Theuma u bintu l-konvenuta Tereza Theuma.

Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti ddecidiet l-kawza billi, filwaqt li ddikjarat li ghalkemm jirrizulta li wara l-mewt ta' Anthony Theuma l-konvenuta Carmen Theuma m'ghandha l-ebda jeddijiet fuq l-ambjenti mertu ta'din il-kawza u m'hemm l-ebda provvediment x'jinghata in kwantu m'hijiex tippretendi li hi inkwilinau lanqas li qeghda tokkupa l-post mertu tal-kawza, tichad it-talba ta' l-atturi.

L-appell ta'l-atturi fil-kontestazjoni ta' din id-decizjoni jirpoza ruhu fuq zewg aggravji. Il-wiehed, legali,fis-sens li l-kirja kienet nulla ghaliex l-ambjenti mikrija kienu sprovvizti minn “toilet”. L-iehor, kontrastanti l-evalwazzjoni tal-provi li saret mill-Ewwel Qorti. Din il-Qorti ta' l-Appell jidhrilha li s-soluzzjoni adotta mill-Ewwel Qorti hi sostanzjalment gusta u legali.

Sid il-kera huobbligat, minn natura stess tal-kuntratt, li jzomm il-haga fi stat li wiehed jista' jaghmel minnhal-uzu li ghalih giet mikrija [Artikolu 1539 (b)], u, allura, inter alia li jaghmel dawk ir-riparazzjonijiet kollha li jsiru mehtiega u li skond il-ligi jmissu lilu. Jekk fl-ambjenti mikrija ma jkunxhemm toilet ma kienx aspettat li l-obbligu prevvist fl-artikolu succitat jestendi ruhu ghal dan. Lanqas ma ghandu jfisser illi ghan-nuqqas ta' dak it-toilet minn dawk l-ambjenti, il-kirja ta' fond aduzu ta' abitazzjoni ghandha titqies invalida.

La l-kerrej originarju ma abbandunax l-ambjenti lokati, u, anzi, baqa' jaghmel uzu minnhom ghal skop ta' abitazzjoni, l-imsemmija Teresa Theumama tistax titqies li tilfet id-dritt li tibqa' zzomm dawk l-ambjenti b'kera biex tkompli tghammar fihom. Hi kellha interess derivanti lilha mill-inkwilin missierha li ghandu jigi protett ghall-finijiet tal-ligi bil-kera taht il-Kapitolu 69. Dan anke ghaliex, kif sewwa rilevat mill-Ewwel Qorti, fil-kaz taghha kienu jikkonkorru z-zewg rekwiziti li jippreciza l-Artikolu 2 tal-Kapitolu imsemmi fir-rigward ta' post ta' abitazzjoni.

Ghaldaqtant din il-Qorti ta'l-Appell tirrespingi l-appell utikkonferma s-sentenza appellati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info