eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 2/2005/2
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
09/07/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GATT MICHAEL ET (APPELLAT) vs PORTELLI JOSEPH (APPELLANT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
GATT MICHAEL ET (APPELLAT) vs PORTELLI JOSEPH (APPELLANT) - 2/2005/2 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), GHAWDEX
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL; TERMINAZZJONI TA KIRJA
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti qed jitolbu t-terminazzjoni tal-kirja tar-raba indikata fl-istess Rikors u r-ripreza taghha ghal zewg ragunijiet u cioe' illi :
(i) Huma ghandhom bzonn dan ir-raba ghal skopijiet agrikoli minn membri tal-familja taghhom ; u
(ii) l-intimat mhux qieghed juza din ir-raba ghal skopijiet agrikoli .
Huwa maghruf illi sabiex wiehed jirnexxi f'talba simili ghar-ripreza ta' art agrikola biex tinhadem mir-rikorrenti jew xi membru tal-familja tieghu, jenhtieg li jigu sodisfatti tliet rekwiziti, u cioe' illi :
(i) is-sid irid jipprova l-bzonn tieghu ;
(ii) jekk jigi pruvatdan il-bzonn, il-Bord jara jekk id-dhul mir-raba jikkostitwix fonti mportanti ghall-ghixien ta' l-inkwilin, u
(iii) f'kaz affermattiv il-Bord irid imbaghad jizen il-hardship rispettiv tal-partijiet u jara min minnhom jista' jbati l-iktar jekk it-talba tigi accettata nkella rifjutata .
Il-Bord dwar Kontroll ta' Kiri ta' Raba' (Ghawdex) laqa' t-talba tar-rikorrenti ghat-terminazzjoni tal-kirja tar-raba u r-ripreza taghha minghand l-intimat. Dan ghaliex ir-rekwizit tal-bzonn da parti tar-rikorrent gie ppruvat u r-raba in kwistjoni tqieset bhala fonti importanti tal-ghixien ta'l-intimat. It-terminazzjoni tal-qbiela u r-ripreza tar-raba in kwistjoni kellha ssehh b'effett mill-iskandenza li kien imiss.
L-impunjattiva ta' l-intimat fl-appell tieghu minn din is-sentenza hi cirkoskritta ghall-ilment illi l-Bord dwar il-Kontroll ta' Kiri ta' Raba' ghamel apprezzament skorrett tal-provi relattivi ghall-element tal-bzonn.
I
Hu sew konoxxut u stabbilit fil-gurisprudenzataghna illi fejn l-aggravju jkun jaggira fuq censura tal-valutazzjoni tal-provi, Qorti ta' revizjonima tindahalx hlief f'kazijiet eccezzjonali u ghal motivi gravi, fl-ezercizzju tad-diskrezzjoni ta'l-ewwel tribunal. Meta fil-fehma taghha jitnissel fiha l-konvinciment morali illi l-provi prodottima kienux u ma setghux iwasslu ghall-konkluzjoni li ghaliha jkun wasal l-ewwel tribunal, din il-Qorti ta' revizjoni kienet obbligata illi tiddelibera s-sentenza taghha fuq dik il-bazi ta' fatt kif fil-fehma taghha tkun tirrizulta provata, anke jekk dan ifisser li jkollha fil-process tiskarta dawk il-fatti li s-sentenza appellata tkun additat bhala provanti l-premessi tat-talba attirici.
Fil-kaz prezenti t-talba tar-rikorrenti ghat-tehid lura tar-raba' tinsab artikolata bl-ewwel kawzali fuq il-premessa illi huma ghandhom bzonn dan ir-raba' sabiex jigi wzat minnhom u minn binhom WilliamGatt ghal skopijiet agrikoli. Kawzali bhal din tirrientra fil-qafas ta' l-Artikolu 4 (2) (a) tal-Kapitolu 199 fejn ir-rikorrenti kellhom juru ghas-sodisfazzjon tal-Bord illi huma, jew il-membru tal-familja prexxelt, kienu jehtiegu dan ir-raba' biex jigi wzat ghal skopijiet agrikoli. Il-piz ta' dinil-prova kienet tinkombi fuqhom. Huma kellhom jiddemostraw mhux biss, u sempliciment, dan il-bzonntaghhom izda, fundamentalment, li huma kienu qeghdin jagixxu ghas-sostenn ta' dan il-bzonn taghhomin bwona fede. Dan fis-sens illi l-bzonn ghalkemm mhux assolut irid ikun reali u genwin.
Din il-Qorti ta'l-Appell mhix tant konvinta la mill-individwazzjoni tal-fonti esklussiva tal-provimaghmula mill-Bord u lanqas ghal dawk li huma l-argomentazzjonijiet minnu dedotti. Mill-evalwazzjoni taghha ta' l-istess provi istruttorji, konsiderati fil-kumpless organiku taghhom, din il-Qorti matistax tghid li giet radikata fiha l-istess opinjoni valutativa tal-Bord. Huwa veru li l-ewwel tribunal hu munit bid-diskrezzjoni li jaghzel sors ta' provi minn ohrajn ghall-konvinciment tieghu, izda fil-kontroll li okkorrilha taghmel din il-Qorti ta' dik l-istess diskrezzjoni, ma tarax li kien sewwa illi tinghata prevalenza lill-provi maghzula meta fl-assjem taghhom il-provi l-ohra, analitikament valutati, iwasslu ghal konvinciment oppost;
L-appellanti jissottometti illi l-procedura istitwita fil-konfront tieghu hi istigata minn pika. Fil-kaz prezenti, anke jekk jezistu indikazzjonijiet probatorji sfuggevoli, din il-Qorti mhix ghal kollox konvinta mill-allegazzjoni maghmula mill-appellanti. Minn naha l-ohra, pero`, ghandha raguni fondata illi t-talba proposta ghat-tehid lura tar-raba' in kwantu bazata fuq il-bzonn hi nieqsa mill-bona fede u c-cirkustanzi tal-kaz ma jissodawx il-konvinciment tal-Qorti favur it-tezi tar-rikorrenti.
Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell irrevokat d-decizjoni tal-Bord fejn dan laqa' t-talba tar-rikorrenti ghall-pussess lura tar-raba'fuq il-kawzali tal-bzonn, bl-ispejjez kontra l-appellati. L-atti gew rinvijati lill-Bord biex dan jikkunsidra u jiddeciedi l-kawzalijiet l-ohra avvanzati mir-rikorrenti.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta