Reference: 21/2006/1

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PORTELLI MARIA DOLORES (APPELLANT) vs AZZOPARDI TARCISIO ET (APPELLAT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; HLAS TA SENSARIJA
Summary
Din hija kawza ghall-hlas ta' sensarija u/jew servizzi rezi mitluba mill-attrici li qed tallega li kienet hi li ressqet lill-konvenuti Raymond u Elizabeth konjugi O'Neill mal-konvenut l-iehor TarcisioAzzopardi sakemm dawn waslu li jikkonkludu l-bejgh li sar b'kuntratt fl-atti tan-Nutar. Il-konvenuti, minn naha l-ohra, jichdu l-verzjoni tal-attrici u ta' zewgha, u hemm divergenza fl-aspetti l-aktar importanti u krucjali ghad-determinazzjoni tat-talba attrici ghall-hlas tas-sensarija.

Dakli jrid jigi determinat f'din il-kawza huwa jekk fil-fatt, l-attrici ghandhiex dritt ghas-sensarijajew, imqar, ghal kumpens ghas-servizzi resi. L-iskop principali ta' kwalunkwe' persuna sabiex takkwista d-dritt ta' medjazzjoni huwa dak li tlaqqa' l-kunsensi tal-partijiet interessati fl-operazzjoniwara illi jiehu sehem attiv u intelligenti fil-progettata u proposta konvenzjonali. Ghall-akkwist tas-sensarija, is-sensar irid jara li permezz tieghu hu jlaqqa' l-partijiet interessati fuq dawk l-elementi ta' l-operazzjoni, klassikament imsejha ‘is-sostanzjali u l-accidentali' tal-kuntratt. Fejn tonqos din l-operazzjoni, u allura d-dritt ta' sensarija ma jkunx dovut, ikun hemm lok ghal kumpens f'kaz ta' inkarigu espress jew tacitu ghal xi xoghol li jkun ghamel il-medjatur u mhux li bniedem semplicement jaghti nformazzjoni bla ma jaghmel xejn aktar, cioe' bla ma jadopera ruhhu bl-ebda mod iehor. Ma jirrikorrux l-elementi ta' sensarija izda ta' semplici locatio operarum meta l-persuna tkun intromettiet ruhha b'inkarigu ta' wahda biss mill-partijiet.

Fid-dawl ta' dawn il-principji legali, u mehud in konsiderazzjoni c-cirkostanzi ta' dan il-kaz, it-Tribunal ghal Talbiet Zghar (Ghawdex) hass li l-attrici mhijiex intitolata ghas-sensarija fuq il-bejgh li gie konkluz bejn il-konvenuti konjugi Azzopardi u l-konjugi O'Neill. It-talba attrici mhijiex sostnuta la fil-fatt u lanqas fid-dritt, u ghalhekk ma tistghax tigi milqugha. Ghaldaqtant it-Tribunal cahad it-talbiet attrici bl-ispejjez kontra taghha.

L-attrici appellat minn din is-sentenza bl-aggravju ewlieni illi t-Tribunal ghamel apprezzament errat tal-provi u b'hekk wasal ghall-gudizzju zbaljat, bi pregudizzju ghad-drittijiet taghha. Hi tikkontendi li interveniet fin-negozjati li saru bejn il-konvenuti u li allura, la kienet strumentali biex il-ftehim isehh, kien jisthoqqilha li ghallanqas tigi kkompensata ghaldak l-intervent effettiv taghha. B'ilment sekondarju l-appellanti tissottometti wkoll illi t-Tribunal ippekka kontra l-ligi procedurali ghax ma ordnax l-isfilz ta' l-Affidavit tal-konvenut Raymond O'Neill, u dan bi ksur ta' l-Artikolu 21 (3) u 622A (2) tal-Kapitolu 12.

Minn kif impostat l-Avviz, l-appellanti talbet il-hlas ta' senserija in kwantu tallega illi kien bl-operat intermedjarju taghha illi l-konvenuti tlaqqghu flimkien biex isehh in-negozju ta' bejniethom. In linea ta' massimabiex din il-premessa titqies fondata jrid jirrizulta illi bejn il-hidma ta' l-appellanti u l-konkluzjoni ta' l-affari jissussisti ness validu ta' kawzalita. Dan fis-sens illi, minn kif spjegat f'gurisprudenza pacifika, “l-medjatur ikun adopera ruhu b'mod li jkun laqqa' l-kunsens tal-partijiet dwaris-sostanzjali u l-accidentali tal-kuntratt”. Il-mera informazzjoni jew senjalazzjoni ma tillegittimax lill-pretendent tad-dritt ta' medjazzjoni jew tal-kumpens in kwantu dawn ma jikkostitwux dak ir-rizultat utli ta' xi ricerka maghmula minnu u lanqas jista' per se jekwivali ghal xi kontribut kawzali rilevanti ghall-konkluzjoni tal-kuntratt.

Fil-fehma ta' din il-Qorti ta' l-Appell, dik l-attivita` ta' l-appellanti ma tistax, ragonevolment, tassumi dak il-karattru indiskutibbli tad-determinazzjoni u tal-kompletezza tan-ness kawzali. L-aggravju taghha fil-mertu ma jistax jigi akkolt, labhala stat ta' fatt jew ta' dritt u lanqas mill-punto di vista tad-dritt ekwitattiv. Ghaldaqstant,l-appell qed gie michud fiz-zewg kapi ta' l-aggravji tieghu u s-sentenza appellata, ikkonfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info