Reference: 5/2008

Judgement Details


Date
03/07/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
MARINELLI DAVID vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 39 TAL-KOSTITUZZJONI TA MALTA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEA
Summary
Ir-rikorrent ghadda proceduri kriminali peress li kien akkuzat bi ksur tal-Artikolu 4(2) tal-Att kontra l-Money Laundering, Kapitolu 373 tal-Ligijiet ta` Malta. Ghalkemm hu gie lliberat mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta` Gudikatura Kriminali, wara appell tal-Avukat Generali, hu kieninstab hati mill-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali, u immultat is-somma ta` Lm50.

Ir-rikorrenti ressaq zewg ilmenti ta` natura kostituzzjonali kontra dik is-sentenza. Fl-ewwel lok, jilmenta li d-dikjarazzjoni ta` htija hija fondata fuq prezunzjoni li tmur oltre u hija vjolazzjoni tal-prezunzjoni tal-innocenza rikonoxxuta u protetta fl-ambitu tad-dritt ghal smigh xieraq taht l-Artikolu39 tal-Kostituzzjoni ta` Malta u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fit-tieni lok, jilmenta li t-tul ta` zmien li hadet il-kawza biex tigi deciza jammonta ghal zmien irragonevoli kontra dak li jipprovdu l-istess artikoli imsemmija.

Din il-Qorti tghid li la darbal-akkuzat, kemm di diritto kif ukoll de facto, inghata l-opportunita` jiskolpa ruhu, ma jistax jinghad li kien hemm ksur tal-artikoli invokati mir-rikorrent.

Il-Qorti tara li kien hemm dewmienzejjed fl-iter tal-procedura quddiem il-Qorti tal-Magistrati, u ghal dan jahtu z-zewg intimati flimkien u in solidum. Ghaldaqstant, tiddisponi mill-kawza billi tiddikjara li t-tul ta` zmien li ttiehed sabiex jigu konkluzi l-proceduri fil-konfront tieghu jammonta ghal zmien irragonevoli, in vjolazzjoni tal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta` Malta u l-Artikolu 6 tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea.
Pero, minhabba dan in-nuqqas, din il-Qorti ma tarax li ghandha tipprovdi biex thassar is-sentenza moghtija mill-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali, specjalment meta tqis li s-sentenza ta` din il-Qorti hi gusta u ma nghatatx bi ksur ta` xi principju legali jew ta` xi dritt fundamentali tar-rikorrent. Il-Qorti sejra, minflok, tipprovdi somma ta` flus bhala kumpens ghad-dewmien fis-smiegh tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info