Reference: 368/2007/1

Judgement Details


Date
09/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
LA FERLA RENATO PERIT vs PAVIA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTENDENZA FIZIKA GHAS-SMIGH TAL-KAWZA
Summary
Mill-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13 ta' l-Att V ta' l-1995 johrog illi “l-attendenza fizika ghas-smigh tal-kawza hija essenzjali” . Dan japplika ghaz-zewg partijiet. Fil-presenza ta' kapitolu, l-esigenza ta' l-attendenza mill-konvenuti hi aktar qawwija. Dan hu sew inferit mis-subinciz (3) ta'l-Artikolu 702 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Naturalment, kif ulterjorment prevvist mill-Artikolu 703 tal-Kapitolu 12 “il-parti li lilha tinghata s-subizzjoni ghandha twiegeb skond il-kapitoli”. Huwa proprju ghal dan id-dispost tal-ligi li l-appellanti jirrikorri.

Il-konvenuti dehru biex jikkontestaw il-kapitolu. Oltre din il-presenza fizika kien hemm ir-raguni konkomitanti li huma kellhom difizi x' iressqu. It-Tribunal irraguna illi dik il-presenza u l-ispjegazzjoni lilu fornita ma setghetx tinducih biex jirritjeni bhala ammess il-fatt formanti oggett ta' l-interrogatorju.

L-udjenza fissata ghal dan l-interrogatorju giet rinvijata ghall-udjenza immedjatament successiva, izda f' din l-ahhar udjenza la l-attur u lanqas id-difensur tieghu ma attendew.
It-Tribunal ikkonsidra din l-imgieba negattiva processwali ta' l-attur, akkoppjata mas-sottomissjonijiet li sarulu mill-konvenuti fil-kors ta' l-udjenza, biex ikkonvinca ruhu illi ma setghet tingibedebda riflessjoni sfavorevoli ghall-konvenuti ghall-fatt biss tal-prezentata ta' dak il-kapitolu.

Fil-fehma konsiderata tal-Qorti b' dawn il-fatti, il-provvediment moghti mit-Tribunal ma huwiexsoggett ghac-censura minn din il-Qorti ghaliex dan jinsab sorrett minn motivazzjoni u ezenti minn vizzji logici u guridici. Mhux il-kaz allura li l-Qorti, kif mitlub, tirrevoka l-provvediment moghti.Ghaldaqstant din il-Qorti qed tichad l-appell u tikkonferma il-provvediment moghti, bl-ispejjez kontra l-appellanti. Tirrimanda l-atti lura lit-Tribunal ghall-konsiderazzjoni u decizjoni minnu tal-mertu tat-talba u ta' l-eccezzjoni ghaliha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info