Referenza: 26/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VASSALLO GRACE vs PORT COTTONERA HOTEL DEVELOPMENT CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; LICENZJAMENT INGUST
Fil-Qosor
Nhar id-9 ta' Lulju 2006 sehhet attivita` fil-Casino di Venezia, Malta, li wasslet lill-Awtorita` dwar il-Lotteriji u l-Loghob biex tirrevoka l-licenzja ghall-operat tal-Casino. Minhabba f' din id-decizjoni ta' l-imsemmija Awtorita`, il-kumpanija intimata temmet l-impjieg ta' l-impjegati kollha, inkluz dak tar-rikorrenti.

Meta l-kumpanija intimata bidlet il-kariga tar-rikorrenti minn dik ta' Catering Operator ghal Bar Attendant and Waiter, din kienet konxja tal-fatt li r-rikorrenti ma kinitx taf titkellem bit-Taljan. Jekk il-kumpanija intimata ma kinitx taf dan, allura l-process ta' l-ghazla kien immankat u r-responsabilita ta' din il-mankanza hi tal-kumpanija intimata.

Il-kumpanija intimata ma kellha ebda politika biex tirregola l-impjieg gdid ta' persuni li jkunu jigu minn xulxin, u wkoll biex tirregola intimita' li tirrizulta bejn impjegati jew ma' terzi waqt l-impjieg. Jirrizulta wkoll mill-provi li l-kumpanija intimata kienet taf bir-relazzjoni intima ta' EdoardoBabato man-neputija tar-rikorrenti u ma ghamlet ebda oggezzjoni. Kien biss meta Edoardo Babato tilefil-licenzja li I-kumpanija intimata agixxiet kontra r-rikorrenti.

It-Tribunal Industrijali ddecieda li t-temma ta' l-impjieg tar-rikorrenti ghar-ragunijiet moghtija ma saritx ghal raguni gustabizzejjed, u ordna lill-kumpanija intimata thallas lir-rikorrenti Lm7,474 bhala kumpens ghal tkeccija ingusta.

Is-socjeta` intimata appellat mis-sentenza tat-Tribunal Industrijali. Il-kumpanija appellanti qeghda tirriafferma l-posizzjoni difensjonali ta' nuqqas ta' fiducja fl-appellata “minhabba fir-relazzjoni vicina li kellha l-appellata ma' bniedem illi kien arreka danni kbar lis-socjeta` appellanti”.

Skond il-ligi t-tkeccija ta' haddiem, biex ma titqies ingusta, trid issirghal “raguni tajba u bizzejjed” biex dak l-impjegat jintbaghat ‘il barra mis-servizz [Artikolu 36 (14)]. Hu dan li jillegittima l-licenzjament. Fil-kaz prezenti dan il-presuppost sostanzjali ma jezistix, tant li lill-appellata ma gie addebitat ebda ksur kontrattwali gravi li jwassal ghat-tkeccija.

L-appellata ma kellhiex tigi rinfaccjata, b' xi estensjoni ghal qaghda tar-rapport tax-xoghol taghha, bl-imgieba ta' Edoardo Barbato fl-incident tas-17 ta' Lulju 2006 li b' rizultat tieghu giet temporanjament sospiza l-licenzja tal-Casino. Lanqas bil-fatt illi l-appellata hi imparentata mal-konviventi ta' l-istess Barbato. L-imgiebiet tan-neputija fil-hajja privata taghha u tar-relazzjoni ta' din ma' Barbato huma ghal kollox irrilevanti ghal fini tal-lezjoni tar-rapport fiducjarju u, zgur, li ma jikkostitwux raguni valida ta' licenzjament ta' l-apellata ghal dik ir-raguni.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta'l-Appell tichad l-appell odjern u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra s-socjeta` appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni