eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 51/1997/1
Download
Judgement Details
Date
09/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
BORG JOSEPH ET vs VELLA FRANCIS SIVE FRANK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
BORG JOSEPH ET vs VELLA FRANCIS SIVE FRANK - 51/1997/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), BOARDS
Keywords / Summary
Keywords
NUQQAS TA MANUTENZJONI
Summary
Ir-rikorrenti l-konjugi Borg qed jappellaw quddiem din il-Qorti permezz ta' rikors t' appell li bihtalbu li din il-Qorti joghgobha tirrevoka s-sentenza minnhom appellata u tghaddi biex takkolji u tilqa' t-talbiet taghhom kontenuti fir-rikors promotorju bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-appellat. L-appellat ipprezenta risposta li biha kkontrobatta s-sottomissjonijiet tal-appellanti u talab ir-rigett tal-appell bl-ispejjez.
Kemm fil-kors ta' trattazzjoni kif ukoll fir-rikors tal-appell, l-enfasi kienet dejjem fuq il-kwistjoni tan-nuqqas ta' manutenzjoni u cioe', ta' hsarat ta' naturaserja u gravi fil-fond de quo, u pratikament gew injorati z-zewg kawzali l-ohra tar-rikors promotorju. Kwantu jirrigwarda dawn iz-zewg kawzali l-ohra tar-rikors promotorju u cioe', wahda l-bzonn tar-rikorrenti ghar-ripresa tal-fond ghall-uzu taghhom, kif ukoll il-kawzali l-ohra tan-non uso, din il-Qorti tara li dak li gie deciz fi prim'istanza huwa ineccepibbli u certament m'huwiex il-kaz li jinghad oltre.
Kwantu jirrigwarda l-kwistjoni tal-hsarat huwa veru li gie konstatat mill-perititeknici tal-Bord illi hemm xi hsarat fis-saqaf fis-sens li nkixfet ix-xibka rizultat ta' perkolazzjoni tal-ilma kontinwa tul is-snin li kkawzat sadid fix-xibka tal-konkos, pero', dan wahdu m'huwiexbizzejjed biex iwassal lil din il-Qorti ghall-konkluzzjoni li ghandha tirrevoka s-sentenza appellata, jew li tiddisturba d-decizjoni tal-Bord tal-Kera f'dan ir-rigward in mankanza ta' provi ohra li dan in-nuqqas huwa attribwibbli ghall-intimat u mhux ukoll ghar-rikorrenti appellanti.
Din il-Qorti ezaminat bir-reqqa il-provi kollha li gew prodotti fil-prim'istanza, partikolarment anke ghal dak li jirrigwarda l-access li l-intimat Vella ghandu jew m'ghandux ghas-saqaf biex matul is-snin setghu isiru r-reparazzjonijiet, u jidher li l-konkluzzjoni tal-Bord li ma tintravvedix responsabilita'fil-konvenut ghall-hsarat li graw fis-saqaf hija raggunta tajjeb u ma taghtix lok li tigi disturbata. Jidher infatti, illi anke minhabba mankanza ta' provi sufficjenti f'dan ir-rigward, ir-rikorrenti appellanti kellhom ir-responsabbilta' mixhuta fuqhom tul is-snin li jiehdu hsieb il-manutenzjonital-bejt specjalment meta jidher li dan kien qed jizviluppa hsarat snin ferm ilu u cionostante naqsu li jiehdu l-mizuri necessarji.
F'dawn ic-cirkostanzi din il-Qorti ma jidhrilhiex li hu l-kaz li tiddisturba d-diskrezzjoni ezercitata mill-ewwel Qorti u ghalhekk sejra tghaddi biex tirrespingi l-appell bl-ispejjez ta' din l-istanza a karigu tal-appellanti.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It